21.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 350/36


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Novembru 2013

li tadotta l-ewwel lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku

(notifikata bid-dokument C(2013) 7352)

(2013/736/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-reġjun bijoġeografiku Steppiku msemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet mit-territorju tal-Unjoni tar-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat dwar il-Ħabitats”.

(2)

Fil-kuntest ta’ proċess li nbeda fl-1995, jeħtieġ li jsir aktar progress fit-twaqqif reali tan-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali għall-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni.

(3)

Il-lista inizjali u l-ewwel żewġ listi aġġornati tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġew adottati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/966/KE (2) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/28/UE (3). Abbażi tal-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jindikaw is-siti inklużi fil-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku bħala żoni speċjali ta’ konservazzjoni malajr kemm jista’ jkun u fi żmien li ma jaqbiżx is-sitt snin, u jistabbilixxu prijoritajiet ta’ konservazzjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni li hemm bżonn.

(4)

Il-listi tas-siti ta’ importanza Komunitarja jiġu riveduti, fil-kuntest ta’ adattament dinamiku tan-netwerk Natura 2000. Għalhekk huwa meħtieġ aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku.

(5)

Min-naħa l-waħda, l-aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku huwa meħtieġ sabiex jiġu inklużi s-siti addizzjonali li ġew proposti mir-Rumanija mill-2011 sal-lum bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għal dawn is-siti addizzjonali, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom japplikaw malajr kemm jista’ jkun u f’perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Min-naħa l-oħra, l-aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku huwa meħtieġ sabiex jirrifletti kwalunkwe bidla fit-tagħrif li għandu x’jaqsam mas-siti mressqa mir-Rumanija wara l-adozzjoni tal-lista inizjali u tal-ewwel listi aġġornati tal-Unjoni. F’dak is-sens, il-lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku tikkostitwixxi verżjoni kkonsolidata tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku. Wieħed għandu jenfasizza li, għal kwalunkwe sit inkluż f’din id-Deċiżjoni, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom japplikaw kemm jista’ jkun malajr u f’perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja li fiha s-sit ikun iddaħħal għall-ewwel darba.

(7)

Għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, il-listi tas-siti proposti bħala siti ta’ importanza Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE ntbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati bejn Ġunju 2007 u Ottubru 2012, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

(8)

Il-listi ta’ siti proposti kienu akkumpanjati b’informazzjoni dwar kull sit. Mill-2012, dak it-tagħrif ġie mogħti fil-format stabbilit bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/484/UE tal-11 ta’ Lulju 2011 dwar format ta’ informazzjoni għas-siti Natura 2000 (4).

(9)

Dak it-tagħrif jinkludi l-mappa tas-sit li ntbagħtet mill-Istati Membri kkonċernati, l-isem, il-post u l-firxa tas-sit, u d-dejta li nġabret mill-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness III tad-Direttiva Nru 92/43/KEE.

(10)

Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi qbil ma’ kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, għandha tiġi adottata lista aġġornata tas-siti magħżulin bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku.

(11)

L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza mwettqa skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa tagħrif disponibbli bħalissa.

(12)

L-Istat Membru kkonċernat ma pproponiex biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Għalhekk, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet, ma jistax jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut. Meta wieħed iqis id-dewmien biex jasal it-tagħrif u jintlaħaq qbil mal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi adottata lista aġġornata tas-siti, li se jkun meħtieġ li tiġi analizzata skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(13)

Ladarba l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ xi wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali tal-Anness I u tal-ispeċijiet tal-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut, la għandu jiġi konkluż li n-netwerk huwa komplut u lanqas li mhuwiex. Il-lista għandha tiġi riveduta, jekk ikun meħtieġ, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva Nru 92/43/KEE.

(14)

Fl-interessi taċ-ċarezza u t-trasparenza, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/28/UE għandha titħassar.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/28/UE hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)   ĠU L 344, 20.12.2008, p. 117.

(3)   ĠU L 24, 26.1.2013, p. 643.

(4)   ĠU L 198, 30.7.2011, p. 39.


ANNESS

It-tieni lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku

Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat mit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:

A

:

kodiċi tas-SIK li fih disa’ karattri, fejn l-ewwel tnejn jindikaw il-kodiċi ISO tal-Istat Membru;

B

:

isem is-SIK;

C

:

*= il-preżenza fis-SIK ta’ mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali u/jew speċi ta’ prijorità wieħed/waħda skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

D

:

is-superfiċje tas-SIK f’ettari jew it-tul tas-SIK f’km;

E

:

il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali.

It-tagħrif kollu mogħti fil-lista tal-Unjoni ta’ hawn taħt huwa bbażat fuq id-dejta proposta, mibgħuta u vvalidata mir-Rumanija.

A

B

C

D

E

Kodiċi tas-SIK

Isem is-SIK

*

Superfiċje tas-SIK

(ha)

Tul tas-SIK

(km)

Koordinati ġeografiċi tas-SIK

 

 

 

 

 

Lonġitudni

Latitudni

ROSCI0005

Balta Albă — Amara — Jirlău — Lacul Sărat Câineni

*

6 300,3

 

27,3162

45,2895

ROSCI0006

Balta Mică a Brăilei

 

20 872,1

 

27,9063

44,9453

ROSCI0012

Brațul Măcin

*

10 235,4

 

28,0441

44,7694

ROSCI0022

Canaralele Dunării

*

25 942,9

 

27,6895

44,2004

ROSCI0053

Dealul Alah Bair

*

193,5

 

28,2188

44,5011

ROSCI0060

Dealurile Agighiolului

*

1 433,3

 

28,8303

45,0416

ROSCI0065

Delta Dunării

*

453 076,1

 

29,1987

45,0520

ROSCI0067

Deniz Tepe

*

413,7

 

28,6881

45,0028

ROSCI0071

Dumbrăveni — Valea Urluia — Lacul Vederoasa

*

17 974,7

 

27,8794

44,1481

ROSCI0072

Dunele de nisip de la Hanul Conachi

*

241,7

 

27,5794

45,5710

ROSCI0083

Fântânița Murfatlar

*

577,5

 

28,3863

44,1543

ROSCI0103

Lunca Buzăului

*

6 986,5

 

27,0008

45,0760

ROSCI0105

Lunca Joasă a Prutului

*

5 806,5

 

28,1375

45,5729

ROSCI0114

Mlaștina Hergheliei — Obanul Mare și Peștera Movilei

*

232,2

 

28,5706

43,8334

ROSCI0123

Munții Măcinului

*

16 893,9

 

28,3030

45,1559

ROSCI0131

Oltenița — Mostiștea — Chiciu

 

11 348,7

 

26,9685

44,1432

ROSCI0133

Pădurea Bădeana

*

60,6

 

27,5724

46,1563

ROSCI0134

Pădurea Balta — Munteni

 

86

 

27,4647

45,9487

ROSCI0139

Pădurea Breana — Roșcani

*

156,8

 

27,9948

45,9266

ROSCI0149

Pădurea Eseschioi — Lacul Bugeac

*

2 967,4

 

27,4377

44,0816

ROSCI0151

Pădurea Gârboavele

*

219,1

 

27,9979

45,5769

ROSCI0157

Pădurea Hagieni — Cotul Văii

*

3 620,1

 

28,4279

43,7424

ROSCI0162

Lunca Siretului Inferior

*

25 080,7

 

27,4880

45,6184

ROSCI0163

Pădurea Mogoș — Mâțele

*

64,9

 

27,9487

45,7219

ROSCI0165

Pădurea Pogănești

*

180,9

 

28,0257

45,9760

ROSCI0169

Pădurea Seaca — Movileni

*

50,9

 

27,5333

46,2883

ROSCI0172

Pădurea și Valea Canaraua Fetii — Iortmac

*

13 631,8

 

27,6248

44,1106

ROSCI0175

Pădurea Tălășmani

 

53,4

 

27,8410

46,1222

ROSCI0178

Pădurea Torcești

 

129,9

 

27,4904

45,6806

ROSCI0191

Peștera Limanu

 

12,4

 

28,5230

43,8070

ROSCI0201

Podișul Nord Dobrogean

*

84 799,2

 

28,4894

44,7663

ROSCI0213

Râul Prut

 

10 540,6

 

28,1746

46,2907

ROSCI0215

Recifii Jurasici Cheia

*

5 686,2

 

28,4395

44,4556

ROSCI0259

Valea Călmățuiului

*

17 922,9

 

27,2022

44,9806

ROSCI0278

Bordușani — Borcea

*

5 809,7

 

27,8872

44,6529

ROSCI0286

Colinele Elanului

*

755,3

 

28,1271

46,4004

ROSCI0290

Coridorul Ialomiței

*

26 726,8

 

26,8848

44,6021

ROSCI0305

Ianca — Plopu — Sărat — Comăneasca

*

3 222,4

 

27,7175

45,2274

ROSCI0307

Lacul Sărat — Brăila

*

376,7

 

27,8849

45,1968

ROSCI0308

Lacul și Pădurea Cernica

 

3 267,3

 

26,3030

44,4498

ROSCI0309

Lacurile din jurul Măscurei

 

1 159,7

 

27,5398

46,3888

ROSCI0315

Lunca Chineja

 

944,9

 

27,9960

45,7825

ROSCI0319

Mlaștina de la Fetești

 

2 019,8

 

27,8034

44,3403

ROSCI0335

Pădurea Dobrina — Huși

*

8 518,3

 

27,9757

46,5905

ROSCI0343

Pădurile din Silvostepa Mostiștei

*

2 119,8

 

26,7393

44,2279

ROSCI0353

Peștera — Deleni

 

2 508,1

 

28,0509

44,0748

ROSCI0360

Râul Bârlad între Zorleni și Gura Gârbăvoțulu

 

2 569,4

 

27,6697

46,2068

ROSCI0389

Sărăturile de la Gura Ialomiței — Mihai Bravu

*

3 449,4

 

27,7542

44,7559

ROSCI0398

Straja-Cumpăna

 

1 117

 

28,5054

44,0919