30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Novembru 2013

li taħtar membru Latvjan u żewġ membri supplenti Latvjani fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2013/699/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Latvjan,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u t-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Guntars KRIEVIŅŠ, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Viktors GLUHOVS, sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti. Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Jānis VĪTOLIŅŠ bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, ser isir vakanti siġġu ta’ membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

—

Is-Sur Jānis VĪTOLIŅŠ, L-ewwel Viċi President tal-Kunsill tal-Belt ta’ Ventspils

u

(b)

bħala membri supplenti:

—

Is-Sur Gunārs ANSIŅŠ, Viċi President tal-Kunsill tal-Belt ta’ Liepāja

—

Is-Sinjura Olga VEIDIŅA, President tal-Kumitat dwar Kwistjonijiet Soċjali tal-Kunsill tal-Belt ta’ Rīga.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

D. PAVALKIS


(1)   ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)   ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.