|
27.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 316/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Novembru 2013
li taħtar membru wieħed tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
(2013/682/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“il-Bord ta’ Tmexxija”) rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tas-17 ta’ Mejju 2011 (2), il-Kunsill ħatar 15-il membru tal-Bord ta’ Tmexxija. |
|
(3) |
Il-Gvern Rumen informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi r-rappreżentant Rumen fil-Bord ta’ Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2015, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Liliana Luminița TÎRCHILĂ ta’ nazzjonalità Rumena, imwielda fl-1 ta’ Frar 1960, għandha tinħatar membru tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi minflok is-Sur Ionuț GEORGESCU għall-perijodu mid-19 ta’ Novembru 2013 sal-31 ta’ Mejju 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS