22.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Novembru 2013
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn
(2013/672/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (1) (“il-Ftehim ta’ Sħubija”). |
(2) |
L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja Protokoll ġdid (“il-Protokoll il-ġdid”)li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet ta’ sajd fl-ibħra li fihom il-Mawritanja teżerċita s-sovranità jew l-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. |
(3) |
Il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/827/UE (2), u ġie applikat proviżorjament mid-data tal-firma tiegħu. |
(4) |
Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn (“il-Protokoll”) (3) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f’isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 11 tal-Protokoll (4).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
R. ŠADŽIUS
(1) ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1.
(2) ĠU L 361, 31.12.2012, p. 43.
(3) It-test tal-protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 361, 31.12.2012, p. 44 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.