16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 306/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/660/PESK

tal-15 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/389/PESK (1). Dik id-Deċiżjoni tiskadi fil-15 ta’ Lulju 2014.

(2)

Fid-9 ta’ Lulju 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/367/PESK (2) li emendat id-Deċiżjoni 2012/389/PESK u li estendiet il-perjodu kopert mill-ammont ta’ referenza finanzjarja sal-15 ta’ Novembru 2013.

(3)

Id-Deċiżjoni 2012/389/PESK għandha tiġi emendata biex tipprovdi għal ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mis-16 ta’ Novembru 2013 sal-15 ta’ Lulju 2014.

(4)

EUACP NESTOR ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imniżżel fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 2012/389/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR mis-16 ta’ Lulju 2012 sal-15 ta’ Novembru 2013 għandu jkun EUR 22 880 000.

L-ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUCAP NESTOR għall-perijodu mis-16 ta’ Novembru 2013 sal-15 ta’ Lulju 2014 għandu jkun EUR 11 950 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/389/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 187, 17.7.2012, p. 40).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/367/PESK tad- 9 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/389/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Bini tal-Kapaċità Marittima Reġjonali fil-Qarn tal-Afrika (EUCAP NESTOR) (ĠU L 189, 10.7.2013, p. 12).