14.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 303/48


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Novembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2008/294/KE biex jiġu inklużi teknoloġiji tal-aċċess u baned tal-frekwenza addizzjonali għas-servizzi tal-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA)

(notifikata bid-dokument C(2013) 7491)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/654/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE (2) fl-Anness tagħha tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tekniċi u operattivi meħtieġa biex ikun jista’ jintuża l-GSM abbord l-inġenji tal-ajru.

(2)

L-iżvilupp ta’ mezzi aħjar tal-komunikazzjoni appoġġat mill-progress tekniku se jtejjeb il-kapaċità għal kull ċittadin biex ikun konness dejjem u kullimkien. Dan jgħin ukoll biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (3) u tal-istrateġija Ewropa 2020.

(3)

Sabiex tħejji għall-użu tal-aħħar teknoloġiji u frekwenzi disponibbli għall-provdiment ta’ servizzi MCA, fil-5 ta’ Ottubru 2011 il-Kummissjoni tat mandat lill-Konferenza Ewropea tal-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjoni (“is-CEPT”) skont l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE biex tivvaluta l-kompatibbiltà teknika bejn it-tħaddim tas-sistemi UMTS fl-arju u teknoloġiji oħra possibbli fl-ajru bħal-LTE u l-WiMAX f’baned tal-frekwenzi bħall-baned 2 GHz u 2,6 GHz, u servizzi tar-radju potenzjalment affettwati.

(4)

Skont il-mandat tagħha, is-CEPT ipprovdiet ir-rapport tagħha fit-8 ta’ Marzu 2013. Ir-rapport 48 tas-CEPT ikkonkluda li soġġetti għall-kundizzjonijiet tekniċi rilevanti, jista’ jkun possibbli li jiddaħħlu teknoloġiji UMTS u LTE fil-baned 2 100 MHz u 1 800 MHz, rispettivament. Għalhekk, l-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE għandu jiġi emendat skont ir-riżultati tar-Rapport 48 tas-CEPT, biex ikun jinkludi dawn it-teknoloġiji u jkunu jistgħu jintużaw abbord l-inġenji tal-ajru.

(5)

Billi fl-Unjoni t-teknoloġiji LTE u UMTS qed jintużaw dejjem aktar, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-aktar fis possibbli.

(6)

Is-servizzi tar-radju eżistenti potenzjalment affettwati għandhom jingħataw protezzjoni xierqa billi tiġi limitata l-qawwa tat-trażmissjoni tas-servizzi MCA. Madankollu, billi l-użu tal-unità ta’ kontroll tan-netwerk (NCU) aġġornata għall-banda 2,6 GHz se tieħu fit-tul sakemm jiġu miftiehma r-restrizzjonijiet tekniċi bejn l-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni ajrunawtika kompetenti sabiex tkun tista’ tinbeda l-produzzjoni tal-NCUs u sakemm titlesta ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà għal kull tip ta’ inġenju tal-ajru, l-applikazzjoni tal-parametri tal-NCU għall-banda 2,6 GHz jistgħu jiġu posposti sal-1 ta’ Jannar 2017.

(7)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-MCA għandhom jimxu id f’id mal-progress teknoloġiku.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/294/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2008/294/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Iċ-ċifri tal-banda 2 570–2 690 MHz stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2017.

Artikolu 3

Kemm jista’ jkun kmieni u mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-baned tal-frekwenza, elenkati fit-Tabella 1 tal-Anness disponibbli għas-servizzi MCA fuq bażi bla interferenza u bla protezzjoni, diment li dawn is-servizzi jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA li tkun qed titħaddem skont it-taqsima 3 tal-Anness.

L-Istati Membri jistgħu jimponu għoli minimu ogħla tat-tħaddim tal-MCA, meta dan ikunu jiġġustifikawh il-kundizzjonijiet nazzjonali topografiċi u tal-użu tan-netwerk fl-art. Din l-informazzjoni, sostnuta minn ġustifikazzjoni xierqa, għandha tkun notifikata lill-Kummissjoni fi żmien erba’ xhur mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Novembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Viċi President


(1)   ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas-7 ta’ April 2008 dwar il-kundizzjonijiet armonizzati għall-użu tal-ispettru għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) fl-Unjoni (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 19).

(3)  COM(2010) 245 final.


ANNESS

1.   IL-BANED TAL-FREKWENZA U S-SISTEMI PERMESSI GĦAS-SERVIZZI MCA

Tabella 1

Tip

Frekwenza

Sistema

GSM 1 800

1 710 –1 785  MHz (konnessjoni axxendenti) 1 805 –1 880  MHz (konnessjoni dixxendenti)

GSM konformi mal-Istandards tal-GSM kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 502, EN 301 511 u EN 302 480, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

UMTS 2 100

(FDD)

1 920 –1 980  MHz (konnessjoni axxendenti) 2 110 –2 170  MHz (konnessjoni dixxendenti)

UMTS konformi mal-Istandards tal-UMTS kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1 EN 301 908-2, EN 301 908-3 u EN 301 908-11, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

LTE 1 800

(FDD)

1 710 –1 785  MHz (konnessjoni axxendenti) 1 805 –1 880  MHz (konnessjoni dixxendenti)

LTE konformi mal-Istandards tal-LTE, kif ippubblikati mill-ETSI, b’mod partikolari EN 301 908-1, EN 301 908-13, EN 301 908-14, u EN 301 908-15, jew speċifikazzjonijiet ekwivalenti.

2.   IL-PREVENZJONI TAL-KONNESSJONI TA’ TERMINALI MOBBLI MA’ NETWERKS FL-ART

Waqt il-perjodu meta jkun awtorizzat it-tħaddim tas-servizzi MCA fuq inġenji tal-ajru, it-terminali mobbli li jirċievu fil-baned tal-frekwenza elenkati fit-Tabella 2 ma għandhomx jitħallew jippruvaw jirreġistraw ma’ netwerks mobbli fl-art.

Tabella 2

Banda tal-frekwenza (MHz)

Sistemi fl-art

460–470

CDMA2000, FLASH OFDM

791–821

LTE

921–960

GSM, UMTS, LTE, WiMAX

1 805 –1 880

GSM, UMTS, LTE, WiMAX

2 110 –2 170

UMTS, LTE

2 570 –2 620

UMTS, LTE, WiMAX

2 620 –2 690

UMTS, LTE

3.   IL-PARAMETRI TEKNIĊI

(a)   Il-qawwa radjata isotropika ekwivalenti (e.i.r.p), fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru

Tabella 3

L-e.i.r.p. totali, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Node B tal-inġenju tal-ajru, ma għandhiex taqbeż:

L-għoli ’l fuq mill-art

(m)

Id-densità e.i.r.p massima prodotta mill-NCU/BTS tal-inġenju tal-ajru/Node B tal-inġenju tal-ajru, fuq barra tal-inġenji tal-ajru

460–470 MHz

791–821 MHz

921–960 MHz

1 805 –1 880  MHz

2 110 –2 170  MHz

2 570 –2 690  MHz

dBm/1,25 MHz

dBm/10 MHz

dBm/200 kHz

dBm/200 kHz

dBm/3,84 MHz

dBm/4,75 MHz

3 000

–17,0

–0,87

–19,0

–13,0

1,0

1,9

4 000

–14,5

1,63

–16,5

–10,5

3,5

4,4

5 000

–12,6

3,57

–14,5

–8,5

5,4

6,3

6 000

–11,0

5,15

–12,9

–6,9

7,0

7,9

7 000

–9,6

6,49

–11,6

–5,6

8,3

9,3

8 000

–8,5

7,65

–10,5

–4,4

9,5

10,4

(b)   Il-qawwa radjata isotropika ekwivalenti (e.i.r.p), fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal abbord

Tabella 4

L-e.i.r.p. totali, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli ma għandhiex taqbeż:

L-għoli ’l fuq mill-art

(m)

L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli GSM f’dBM/200 kHz

L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli LTE f’dBM/5 MHz

L-e.i.r.p. massima, fuq barra tal-inġenju tal-ajru, mit-terminal mobbli UMTS f’dBM/3,84 MHz

GSM 1 800  MHz

LTE 1 800  MHz

UMTS 2 100  MHz

3 000

–3,3

1,7

3,1

4 000

–1,1

3,9

5,6

5 000

0,5

5

7

6 000

1,8

5

7

7 000

2,9

5

7

8 000

3,8

5

7

(c)   Il-kundizzjonijiet operattivi

I.

L-għoli minimu ’l fuq mill-art għal kull trażmissjoni minn sistema MCA imħaddma għandu jkun 3 000 metru.

II.

Waqt it-tħaddim, il-BTS tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli GSM li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 0 dBm/200 kHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni, inkluż l-aċċess tal-bidu.

III.

Waqt it-tħaddim, in-Node B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli LTE li jittrażmetti fil-banda 1 800 MHz għal valur nominali ta’ 5 dBm/5 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni.

IV.

Waqt it-tħaddim, in-Node B tal-inġenju tal-ajru għandu jillimita l-qawwa tat-trażmissjoni ta’ kull terminal mobbli UMTS li jittrażmetti fil-banda 2 100 MHz għal valur nominali ta’ – 6 dBm/3,84 MHz f’kull stadju tal-komunikazzjoni u l-ammont massimu ta’ utenti ma għandux jaqbeż l-għoxrin.