|
24.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 282/50 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Ottubru 2013
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu, fir-rigward tal-modifika ta’ kodiċijiet HS u kodiċijiet tal-imballaġġ
(2013/524/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1) (il-“Konvenzjoni”) jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni imwaqqaf mill-Konvenzjoni sabiex jirrakkomanda u jadotta, permezz ta’ deċiżjonijiet, emendi għall-Konvenzjoni u l-Appendiċi tagħha. |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill għall-Kooperazzjoni Dognanali adotta Rakkomandazzjoni li temenda n-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata. Bħala konsegwenza ta’ dik ir-Rakkomandazzjoni, fl-1 ta’ Jannar 2012 ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (2) daħal fis-seħħ u ssostitwixxa l-kodiċi HS 1701 11 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 1701 13 u 1701 14, kif ukoll il-kodiċi HS 2403 10 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 2403 11 u 2403 19. |
|
(3) |
Minħabba s-sostituzzjoni tal-kodiċijiet HS 1701 11 and 2403 10 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1006/2011, dawk il- kodiċijiet għandhom jiġu emendati wkoll fl-Anness I (Merkanzija li tinvolvi riskju ogħla ta’ frodi) għall-Appendiċi I għall-Konvenzjoni. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti ħarġet reviżjoni 8.1 tar-Rakkomandazzjoni Nru 21 dwar, inter alia, kodiċijiet tal-imballaġġ. Huwa għalhekk neċessarju li l-lista ta’ kodiċijiet tal-imballaġġ li tinsab fl-Anness A2 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni tiġi adattata f’konformità ma’ dik ir-reviżjoni. |
|
(5) |
Billi l-format tal-kodiċiiet tal-imballaġġ inbidel minn alphabetic2 (a2) għal alphanumeric2 (an2), it-Tip/Tul tat-tip ta’ tal-pakki (kaxxa 31) previst fl-Anness A1 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni għandu wkoll jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda proposta għandha tiġi determinata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li tikkonċerna l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru 2/2013 mill-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Jista’ jintlaħaq qbil dwar bidliet żgħar għall-abbozz ta’ Deċiżjoni mir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni wara li jkunu debitament infurmaw lilll-Kunsill.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt UE-EFTA dwar it-tranżitu komuni msemmija fl-Artikolu 1, meta tiġi adottata, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. JUKNA
(1) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 291).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI Nru 2/2013 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR IT-TRANŻITU KOMUNI
ta’
li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu
IL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Rakkomandazzjoni tas-26 ta’ Ġunju 2009 tal-Kunsill għall-Koperazzjoni Doganali emendat in-nomenklatura tas-Sistema Armonizzata. Bħala konsegwenza, fl-1 ta’ Jannar 2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 (2) daħal fis-seħħ u ssostitwixxa l-kodiċi HS 170111 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 170113 u 170114, u l-kodiċi HS 240310 b’żewġ kodiċijiet HS ġodda, jiġifieri 240311 u 240319. |
|
(2) |
Konsegwentement, il-kodiċijiet HS korrispondenti speċifikati fil-lista ta’ merkanzija li tinvolvi riskju ogħla ta’ frodi fl-Anness I għall-Appendiċi I għall-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (il-“Konvenzjoni”) għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(3) |
Minħabba verżjoni l-ġdida tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, ir-reviżjoni 8.1, dwar, inter alia, il-kodiċijiet tal-imballaġġ, huwa xieraq li l-Anness A2 għall-Appendiċi III għall- Konvenzjoni jiġi adattat skont dan. |
|
(4) |
Billi l-format tal-kodiċijiet tal-pakketti inbidel minn alphabetical2 (a2) għal alphanumeric2 (an2), it-Tip/Tul tat-tip ta’ pakki (kaxxa 31) fl-Anness A1 tgħall-Appendiċi III għall- Konvenzjoni għandhom jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
L-emendi proposti jwasslu għal allinjament tad-dispożizzjonijiet dwar it-tranżitu komuni mad-dispożizzjonijiet tal-UE dwar it-tranżitu. |
|
(6) |
Għaldaqstant il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI,
Artikolu 1
Il-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għandha emendata kif stipulat fl-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-emendi stipulati fil-punt 1 tal-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2012.
L-emendi stipulati fl-Appendiċi fil-punti 2 u 3 tal-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2013.
Magħmul fi ….,
Għall-Kumitat Konġunt UE-EFTA
dwar it-tranżitu komuni
Il-President
(1) ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382 - 386).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1).
Appendiċi
1.
L-Anness I għall-Appendiċi I għall-Konvenzjoni huwa emendat kif ġej:|
(i) |
Ir-ringiela għall-Kodiċijiet HS “1701 11, 1701 12, 1701 91, 1701 99” hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|
(ii) |
Ir-ringiela għall-Kodiċi HS “2403 10” hi sostwita b’dan li ġej:
|
2.
L-iskrizzjoni “Tip ta’ pakki (kaxxa 31):It-Tip/Tul a2 Il-kodiċijiet tal-imballaġġ ippreżentati fl-Anness A2 għandhom ikunu użati.” fl-Anness A1 għall-Appendiċi III għal-Konvenzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“Tip ta’ pakketti |
(kaxxa 31) |
|
Tip/Tul: an2 |
|
|
Il-kodiċijiet tal-pakketti msemmija fl-Anness A2 għandhom ikunu użati.”. |
|
3.
Il-Punt 5 tal-Anness A2 għall-Appendiċi III għall-Konvenzjoni huwa sostitwit b’dan li ġej:“KODIĊI TAL-IMBALLAĠĠ
(Rakkommandazzjoni UN/KEE Nru 21/Rev. 8.1 tat-12 ta’ Lulju 2010)
|
Erosol |
AE |
|
Ampolla, mhux protetta |
AM |
|
Ampolla, protetta |
AP |
|
Atomizzatur |
AT |
|
Borża |
BG |
|
Borża, reċipjent flessibbli |
FX |
|
Borża, tal-ixkora tal-ġuta |
GY |
|
Borża, kbira ħafna |
JB |
|
Borża, kbira |
ZB |
|
Borża, b’aktar minn saff wieħed |
MB |
|
Borża, tal-karta |
5M |
|
Borża, tal-karta, b’aktar minn ġenb wieħed |
XJ |
|
Borża, tal-karta, b’aktar minn ġenb wieħed, reżistenti għall-ilma |
XK |
|
Borża, tal-plastik |
EC |
|
Borża, b’film tal-plastik |
XD |
|
Borża, polybag |
44 |
|
Borża, super lott |
43 |
|
Borża, tat-tessut |
5L |
|
Borża, tat-tessut, li ma tnixxix |
XG |
|
Borża, tat-tessut, reżistenti għall-ilma |
XH |
|
Borża, tat-tessut, mingħajr kisja/inforra minn ġewwa |
XF |
|
Borża, kbira għax-xirja |
TT |
|
Borża, minsuġa bil-plastik |
5H |
|
Borża, tal-plastik minsuġ,ma jnixxix |
XB |
|
Borża, tal-plastik minsuġ, reżistenti għall-ilma |
XC |
|
Borża, tal-plastik minsuġ, mingħajr kisja/inforra minn ġewwa |
XA |
|
Balla, ikkumpressata |
BL |
|
Balla, mhux ikkumpressata |
BN |
|
Ballun |
AL |
|
Bużżieqa, mhux protetta |
BF |
|
Bużżieqa, protetta |
BP |
|
Virga |
BR |
|
Bittija |
BA |
|
Bittija, tal-injam |
2C |
|
Bittija, tal-injam, bit-tapp |
QH |
|
Bittija, tal-injam bl-għatu jinqala’ |
QJ |
|
Vireg, f’lott/mazz/marbutin bċinturin |
BZ |
|
Friskatur |
BM |
|
Basket |
BK |
|
Basket, bil-maqbad, tal-kartun |
HC |
|
Basket, bil-maqbad, tal-plastik |
HA |
|
Basket, bil-maqbad, tal-injam |
HB |
|
Ċinturin |
B4 |
|
Landa |
BI |
|
Blokka |
OK |
|
Bord |
BD |
|
Bord, f’gozz/mazz/marbutin b’ċinturin |
BY |
|
Rukkell |
BB |
|
Bolt |
BT |
|
Flixkun, gass |
GB |
|
Flixkun, mhux protett, għamla ta’ basla |
BS |
|
Flixkun, mhux protett, ċilindriku |
BO |
|
Flixkun, protett, għamla ta’ basla |
BV |
|
Flixkun, protett ċilindriku |
BQ |
|
Kaxxa tal-fliexken/xtilliera tal-fliexken |
BC |
|
Kaxxa |
BX |
|
Kaxxa, aluminju |
4B |
|
Kaxxa, Commonwealth Handling Equipment Pool (Ġabra ta’ Apparat ta’ Maniġġ tal-Commonwealth) (CHEP), Eurobox |
DH |
|
Kaxxa, fibreboard |
4G |
|
Kaxxa, għal likwidi |
BW |
|
Kaxxa, injam naturali |
4C |
|
Kaxxa, plastik |
4H |
|
Kaxxa, plastik, espandut |
QR |
|
Kaxxa, plastik, solidu |
QS |
|
Kaxxa, plywood |
4D |
|
Kaxxa, injam rikostitwit |
4F |
|
Kaxxa, azzar |
4 A |
|
Kaxxa, tal-injam, injam naturali, ordinarju |
QP |
|
Kaxxa, tal-injam, injam naturali, bi ġnub li ma jnixxux |
|
|
Barmil |
BJ |
|
Oġġetti mhux ippakkjati, gass (f’1 031 mbar u 15 °C) |
VG |
|
Oġġetti mhux ippakkjati, gass likwifikat (f’temperatura/pressjoni mhux normali) |
VQ |
|
Oġġetti mhux ippakkjati, likwidi |
VL |
|
Oġġetti mhux ippakkjati, metall skreppjat |
VS |
|
Oġġetti mhux ippakkjati, partikoli solidi, irqaq (‘trabijiet’) |
VY |
|
Oġġetti mhux ippakkjati, solidi, partikoli granulari (‘frak’) |
VR |
|
Oġġetti mhux ippakkjati, solidi, partikoli kbar (‘noduli’) |
VO |
|
Mazz |
BH |
|
Sorra |
BE |
|
Sorra, tal-injam |
8C |
|
Bittija kbira (Butt) |
BU |
|
Gaġġa |
CG |
|
Gaġġa, Commonwealth Handling Equipment Pool (Ġabra ta’ Apparat ta’ Maniġġ tal-Commonwealth) (CHEP) |
DG |
|
Gaġġa, romblu |
CW |
|
Landa, ċilindrika |
CX |
|
Landa, rettangolari |
CA |
|
Landa, b’manku u żennuna |
CD |
|
Kaxxetta tal-landa |
CI |
|
Kanvas |
CZ |
|
Kapsula |
AV |
|
Damiġġjana (carboy), mhux protetta, |
CO |
|
Damiġġjana, protetta |
CP |
|
Kartonċina |
CM |
|
Karrettun, ċatt |
FW |
|
Kartun |
CT |
|
Kartriġġ |
CQ |
|
Kaxxetta |
CS |
|
Kaxxetta, karozza |
7 A |
|
Kaxxetta, isotermika |
EI |
|
Kaxxetta, qafas |
SK |
|
Kaxxetta, azzar |
SS |
|
Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit |
ED |
|
Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, kartun |
EF |
|
Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, metall |
EH |
|
Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, plastik |
EG |
|
Kaxxetta, b’qiegħ magħmul minn pelit, tal-injam |
EE |
|
Kaxxetta, tal-injam |
7B |
|
Bittija (Cask) |
CK |
|
Senduq (Chest) |
CH |
|
Żingla |
CC |
|
Kaxxa bl-għatu b’ċirniera (clamshell) |
AI |
|
Senduq (Coffer) |
CF |
|
Tebut |
CJ |
|
Kojl |
CL |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ |
6P |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’ċestun tal-aluminju |
YR |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-aluminju |
YQ |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’pakkett tal-plastik li jespandi |
YY |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-fibra |
YW |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’kaxxa tal-fibreboard |
YX |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-plywood |
YT |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’pakkett tal-plastik solidu |
YZ |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent f’kaxxa ta’ ċestun tal-azzar |
YP |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ fi drum tal-azzar |
YN |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’ħamper tal-qasab |
YV |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-ħġieġ f’kaxxa tal-injam |
YS |
|
Imballaġġ kompost, f’reċipjent tal-plastik |
6H |
|
Imballaġġ kompost, f’reċipjent tal-plastik f’ċestun tal-aluminju |
YD |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-aluminju |
YC |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-fibra |
YJ |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-fibreboard |
YK |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-plastik |
YL |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-plywood |
YH |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-plywood |
YG |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-plastik solida |
YM |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa ta’ ċestun tal-azzar |
YB |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik fi drum tal-azzar |
YA |
|
Imballaġġ kompost, reċipjent tal-plastik f’kaxxa tal-injam |
YF |
|
Kon |
AJ |
|
Kontenitur, flessibbli |
1F |
|
Kontenitur, ta’ gallun |
GL |
|
Kontenitur, tal-metall |
ME |
|
Kontejner, mhux speċifikat mod ieħor bħala apparat tat-trasport |
CN |
|
Barra tal-kontejner |
OU |
|
Għata |
CV |
|
Ċestun |
CR |
|
Ċestun, birra |
CB |
|
Ċestun, lott, kartun |
DK |
|
Ċestun, lott, plastik |
DL |
|
Ċestun, lott, tal-injam |
DM |
|
Ċestun, bil-qafas |
FD |
|
Ċestun, frott |
FC |
|
Ċestun, tal-metall |
MA |
|
Ċestun, ħalib |
MC |
|
Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, kartun |
DC |
|
Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, plastik |
DA |
|
Ċestun, b’aktar minn saff wieħed, tal-injam |
DB |
|
Ċestun, baxx |
SC |
|
Ċestun, tal-injam |
8B |
|
Kavetta |
CE |
|
Tazza |
CU |
|
Ċilindru |
CY |
|
Damiġġjana (Demijohn), mhux protetta |
DJ |
|
Damiġġjana (Demijohn), protetta |
DP |
|
Dispenser |
DN |
|
Drum |
DR |
|
Drum, aluminju |
1B |
|
Drum, aluminju, bl-għatu ma jinqalax |
QC |
|
Drum, aluminju, bl-għatu jinqala’ |
QD |
|
Drum, fibra |
1G |
|
Drum, ħadid |
DI |
|
Drum, tal-plastik |
IH |
|
Drum, plastik, bl-għatu ma jinqalax |
QF |
|
Drum, plastik, bl-għatu jinqala’ |
QG |
|
Drum, plywood |
1D |
|
Drum, azzar |
1 A |
|
Drum, azzar, mhux bl-għatu jinqala’ |
QA |
|
Drum, azzar, bl-għatu jinqala’ |
QB |
|
Drum, tal-injam |
1 W |
|
Envelopp |
EN |
|
Envelopp, azzar |
SV |
|
Filmpack |
FP |
|
Bittija żgħira |
FI |
|
Flask |
FL |
|
Flexibag |
FB |
|
Flexitank |
FE |
|
Reċipjent tal-ikel |
FT |
|
Reċipjent jissakkar tal-ikel |
FO |
|
Frejm |
FR |
|
Travu |
GI |
|
Travi, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin |
GZ |
|
Ħamper |
HR |
|
Ganċ (hanger) |
HN |
|
Bittija kbira tal-birra |
HG |
|
Lingotta |
IN |
|
Lingotti, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin |
IZ |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi |
WA |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju |
WD |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju, likwidu |
WL |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, aluminju, taħt pressjoni > 10 kPa |
WH |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost |
ZS |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, likwidi |
ZR |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, taħt pressjoni |
ZP |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, kompost, plastik flessibbli, solidi |
ZM |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, likwidi |
ZQ |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, taħt pressjoni |
ZN |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, komposti, plastik riġidu, solidi |
PLN |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, fibreboard |
ZT |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, flessibbli |
ZU |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall |
WF |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, likwidu |
WM |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, għajr azzar |
ZV |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, metall, pressjoni 10 kpa |
WJ |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam naturali |
ZW |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam naturali, infurrat minn ġewwa |
WU |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, karta, b’aktar minn ġenb wieħed |
ZA |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, karta, b’aktar minn ġenb wieħed, reżistenti għall-ilma |
ZC |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, film tal-plastik |
WS |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plywood |
ZX |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plywood, infurrat minn ġewwa |
WY |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam rikostitwit |
ZY |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, injam rikostitwit, infurat minn ġewwa |
WZ |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu |
AA |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, likwidi |
ZK |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, taħt pressjoni |
ZH |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, joqgħod wieqaf waħdu, solidu |
ZF |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, likwidi |
ZJ |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, taħt pressjoni |
ZG |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik riġidu, b’apparat strutturali, solidi |
ZD |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar |
WC |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar, likwidu |
WK |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, azzar, taħt pressjoni > 10 kpa |
WG |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut mingħajr kisja/inforra |
WT |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, miksi |
WV |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, miksi u infurrat |
WX |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, tessut, infurrat |
WW |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, miksi |
WP |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, miksi u infurrat |
WR |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, b’inforra |
WQ |
|
Kontenitur intermedju ta’ affarijiet goffi, plastik minsuġ, mingħajr kisja/inforra |
WN |
|
Vażett |
JR |
|
Jerrycan, ċilindrika |
JY |
|
Jerrycan, plastik |
3H |
|
Jerrycan, plastik, bl-għatu ma jinqalax |
QM |
|
Jerrycan, plastik, bl-għatu jinqala’ |
QN |
|
Jerry-can, rettangolari |
JC |
|
Jerry-can, azzar |
3 A |
|
Jerry-can, azzar, mhux bl-għatu ma jinqalax |
QK |
|
Jerry-can, azzar, bl-għatu jinqala’ |
QL |
|
Buqar |
JG |
|
Borża tal-ġuta |
JT |
|
Kartell żgħir |
KG |
|
Kitt |
KI |
|
Kaxxetta kbira u li tiflaħ għall-ġarr |
LV |
|
Zokk maqtugħ |
LG |
|
Zkuk, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin |
LZ |
|
Lott |
LT |
|
Kaxxa tal-injam għall-ġarr ta’ frott u ħaxix |
LU |
|
Bagalji |
LE |
|
Tapit żgħir |
MT |
|
Kaxxa tas-sulfarini |
MX |
|
Definita b’mod reċiproku |
ZZ |
|
Bejta |
NS |
|
Xibka |
NT |
|
Xikba, tubu, plastik |
NU |
|
Xibka, tubu, tessut |
NV |
|
Mhux disponibbli |
NA |
|
Octabin |
OT |
|
Imballaġġ |
PK |
|
Imballaġġ, kartun, b’toqob għal ħakma soda tal-fliexken |
IK |
|
Imballaġġ, displej, kartun |
IB |
|
Imballaġġ, displej, metall |
ID |
|
Imballaġġ, displej, plastik |
IC |
|
Imballaġġ, displej, tal-injam |
IA |
|
Imballaġġ, fluss |
IF |
|
Imballaġġ, imgeżwer fil-karta |
IG |
|
Imballaġġ, turija |
IE |
|
Pakkett (Packet) |
PA |
|
Satal |
PL |
|
Pelit |
PX |
|
Pelit, 100 ċm × 110 ċm |
AH |
|
Pelit, AS 4068-1993 |
OD |
|
Pelit, kaxxa Magħquda ma’ kaxxa miftuħa u pelit |
PB |
|
Pelit, CHEP 100 cm × 120 cm |
OC |
|
Pelit, CHEP 40 ċm × 60 ċm |
OA |
|
Pelit, CHEP 80 ċm × 120 ċm |
OB |
|
Pelit, ISO T11 |
OE |
|
Pelit, modulari, għenuq 80 ċm × 100 ċm |
PD |
|
Pelit, modulari, għenuq 80 ċm × 120 ċm |
PE |
|
Pelit, modulari, għenuq 80 ċm × 60 ċm |
AF |
|
Pelit, shrink-wrapped |
AG |
|
Pelit, triwall |
TW |
|
Pelit, tal-injam |
8 A |
|
Taġen |
P2 |
|
Pakkett (Parcel) |
PC |
|
Pinna |
PF |
|
Biċċa |
PP |
|
Kanna |
PI |
|
Kanen, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin |
PV |
|
Żir |
PH |
|
Tavla |
PN |
|
Twavel, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin |
PZ |
|
Plejt |
PG |
|
Plejts, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin |
PY |
|
Pjattaforma, il-piż jew id-dimensjoni mhux speċifikati |
OF |
|
Borma |
PT |
|
Borżetta |
PO |
|
Kannestru |
PJ |
|
Xtilliera |
RK |
|
Xtilliera, spalliera |
RJ |
|
Reċipjent, fibra |
AB |
|
Reċipjent, ħġieġ |
GR |
|
Reċipjent, metall |
MR |
|
Reċipjent, karta |
AC |
|
Reċipjent, plastik |
PR |
|
Reċipjent, imgeżwer fil-plastik |
MW |
|
Reċipjent, tal-injam |
AD |
|
Rednet |
RT |
|
Rukkell |
RL |
|
Anella |
RG |
|
Virga |
RD |
|
Vireg, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin |
RZ |
|
Romblu |
RO |
|
Qartas |
SH |
|
Xkora |
SA |
|
Xkora, b’aktar minn ġenb wieħed |
MS |
|
Kaxxetta ta’ baħri |
SE |
|
Sett |
SX |
|
Folja |
ST |
|
Folja, tgeżwira tal-plastik |
SP |
|
Sheet metal |
SM |
|
Folji, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin |
SZ |
|
Shrinkwrapped |
SW |
|
Balzi |
SI |
|
Ċangatura |
SB |
|
Tubu li fih jinżammu l-vireg |
SY |
|
Folja karti bejn żewġ folji |
SL |
|
Dussies |
SD |
|
Ħajt ta’ rukkell |
SO |
|
Bagalja |
SU |
|
Pillola |
T1 |
|
Kontejner tank, ġeneriku |
TG |
|
Tank, ċilindriku |
TY |
|
Tank, rettangolari |
TK |
|
Kaxxetta tat-te |
TC |
|
Tierce (bittija) |
TI |
|
Landa |
TN |
|
Trej |
PU |
|
Trej, b’oġġetti ċatti stivati b’mod orizzontali |
GU |
|
Trej, saff wieħed bl-ebda għata, kartun |
DV |
|
Trej, saff wieħed bl-ebda għata, plastik |
DS |
|
Trej, saff wieħed bl-ebda għata, polystyrene |
DU |
|
Trej, saff wieħed bl-ebda għata, tal-injam |
DT |
|
Trej, riġidu, stivabbli b’għatu (CEN TS 14482:2002) |
IL |
|
Trej, żewġ safef bl-ebda għata, kartun |
DY |
|
Trej, żewġ safef bl-ebda għata, trej tal-plastik |
DW |
|
Trej, żewġ safef bl-ebda għata, tal-injam |
DX |
|
Kaxxa kbira u li tiflaħ għall-ġarr ta’ oġġetti |
TR |
|
Qatta |
TS |
|
Tnell |
TB |
|
Tnell, b’għatu |
TL |
|
Tubu |
TU |
|
Tubu, li jista’ jitgħaffeġ |
TD |
|
Tubu, b’żennuna |
TV |
|
Tubi, f’lott/mazz/marbutin b’ċinturin |
TZ |
|
Bittija kbira tal-birra |
TO |
|
Tajer |
TE |
|
Mhux fil-gaġġa |
UC |
|
Unità |
UN |
|
Mhux ippakkjat jew imballat |
NE |
|
Unitajiet multipli, mhux ippakkjati jew imballati |
NG |
|
Unità singola, mhux ippakkjata jew imballata |
NF |
|
Ippakkjat f’vakwu |
VP |
|
Vanpack |
VK |
|
Tank (vat) |
VA |
|
Vettura |
VN |
|
Kunjett |
VI |
|
Flixkun tal-qasab |
WB”. |