22.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/515/PESK

tal-21 ta’ Ottubru 2013

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1).

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2014.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 8 tad-Deċizjoni 2010/638/PESK, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2014. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  Deċiżjoni 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Ginea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).