4.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Settembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Banco de España

(2013/481/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/32 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Settembru 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Banco de España skada wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni ġodda mis-sena finanzjarja 2013.

(3)

Il-Banco de España għażel lil KPMG Auditores, S.L bħala l-awdituri esterni tagħha għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017,

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li l-KPMG Auditores, S.L. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de España għas-snin finanzjarji mill-2013 sal-2017.

(5)

Huwa adatt li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   KPMG Auditores S.L. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banca de España għas-snin finanzjarji 2013 sal-2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum meta tiġi nnotifikata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GUSTAS


(1)   ĠU C 264, 13.9.2013, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta’ Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).