|
24.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/31 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/469/PESK
tat-23 ta’ Settembru 2013
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK. |
|
(2) |
Entità waħda għandha titneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-entità li ġejja hija mħassra mil-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK:
|
|
Zimbabwe Mining Development Corporation. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS