24.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/467/PESK
tat-23 ta’ Settembru 2013
li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/576/PESK (1), immodifikata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2012/514/PESK (2). |
(2) |
Fit-13 ta’ Lulju 2012, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà approva r-rakkomandazzjoni li l-EUPOL RD Congo tiġi estiża sat-30 ta’ Settembru 2013, segwita minn fażi tranżitorja finali ta’ 12-il xahar bil-mira li jiġu ttrasferiti l-kompiti tagħha. |
(3) |
L-EUPOL RD Congo għandha għalhekk tiġi estiża għal fażi tranżitorja finali sat-30 ta’ Settembru 2014. |
(4) |
L-EUPOL RD Congo ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/576/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti li għandhom jiġu konklużi bejn l-EUPOL RD Congo u l-membru tal-persunal ikkonċernat.”; |
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 13a Arranġamenti legali L-EUROPOL RD Congo għandu jkollha l-kapaċità li takkwista servizzi u provvisti, li tidħol f’kuntratti u arranġamenti amministrattivi, li timpjega persunal, li jkollha kontijiet bankarji, li takkwista u tiddisponi minn assi u tillikwida l-obbligi tagħha, u li tkun parti fi proċeduri legali, kif meħtieġ sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni.”; |
(4) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 14 Arranġamenti finanzjarji 1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 6 430 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sat-30 ta’ Settembru 2012 għandu jkun ta’ EUR 7 150 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2012 sat-30 ta’ Settembru 2013 għandu jkun ta’ EUR 6 750 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2013 sat-30 ta’ Settembru 2014 għandu jkun ta’ EUR 6 328 086,95. 2. In-nefqa kollha għandha tiġi amministrata f’konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi għandu jkollhom permess iressqu offerti għal kuntratti. Soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Missjoni tista’ tikkonkludi arranġamenti tekniċi ma’ Stati Membri, il-pajjiż ospitanti, Stati terzi parteċipanti u atturi internazzjonali oħra fir-rigward tal-provvista ta’ tagħmir, servizzi u siti lill-EUPOL RD Congo. 3. L-EUPOL RD Congo għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan il-għan, il-Missjoni għandha tiffirma kuntratt mal-Kummissjoni. 4. L-EUPOL RD Congo għandha tkun responsabbli għal kwalunkwe pretensjoni u obbligu li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-mandat li jibda mill-1 ta’ Ottubru 2013, bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe talba relatata ma’ mġiba ħażina serja mill-Kap tal-Missjoni, li għaliha għandu jkollu jew ikollha responsabbiltà. 5. L-arranġamenti finanzjarji għandhom jirrispettaw il-linja ta’ kmand kif stipulat fl-Artikoli 5, 6 u 9 u r-rekwiżiti operattivi tal-EUPOL RD Congo, inkluż il-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tat-timijiet tagħha. 6. In-nefqa għandha tkun eliġibbli sa mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.”; |
(5) |
fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-30 ta’ Settembru 2014.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2013.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
V. JUKNA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/576/PESK tat-23 ta' Settembru 2010 dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (ĠU L 254, 29.9.2010, p. 33).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/514/PESK tal-24 ta’ Settembru 2012 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/576/PESK dwar il-missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo) (ĠU L 257, 25.9.2012, p. 16).