19.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 249/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Settembru 2013

li taħtar membru Svediż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2013/459/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Svediż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara t-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Annika BRÖMS,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Jonas BERGGREN, Kap tal-uffiċċju ta’ Brussell tal-Konfederazzjoni tal-Impriżi Svediżi, huwa b’dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)   ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.