22.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 224/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Awwissu 2013
dwar l-istabbiliment tal-listi annwali ta’ prijoritajiet għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida għall-2014
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/442/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks għall-bdil bejn il-furntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (1) u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-netwerks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 6(1) tagħhom,
Billi:
IL-KUNTEST
(1) |
Il-Kunsill Ewropew, fl-4 ta’ Frar 2011, iffissal-2014 bħala d-data ta’ mira għat-tlestija tas-suq intern għall-elettriku u l-gass. It-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija huwa element importanti fl-iżvilupp lejn din il-mira. Madanakollu, iridu jsiru aktar sforzi biex jiġi permess il-fluss ħieles tal-gass u l-elettriku madwar l-Ewropa. Il-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida li huma previsti mit-Tielet Pakkett se jipprovdu r-regoli rilevanti għal dan l-iżvilupp ulterjuri. |
(2) |
Bħala l-ewwel pass lejn kodiċijiet tan-netwerk Ewropej vinkolanti, trid tiġi stabbilita mill-Kummissjoni lista annwali ta’ prijoritajiet li tidentifika ż-żoni li jridu jiġu inklużi fl-iżvilupp ta’ kodiċijiet tan-netwerk f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 (“ir-Regolament tal-Elettriku”) u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 (“ir-Regolament tal-Gass”). Waqt l-iffissar tal-prijoritajiet, il-Kummissjoni trid tikkonsulta l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (Agency for the Cooperation of Energy Regulators - “ACER”), in-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistema ta’ Trażmissjoni responsabbli (European Network of Transmission System Operators - “ENTSOs”) u partijiet interessati oħra rilevanti. Din id-deċiżjoni tiffissal-prijoritajiet kif deċiżi mill-Kummissjoni bbażati fuq ir-riżultati mill-konsultazzjoni pubblika. |
(3) |
Għall-ippjanar tar-riżorsi huwa importanti li kull sena jiġu identifikati ż-żoni ewlenin għall-iżvilupp tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida. Hekk kif żona tiġi identifikata għall-ewwel darba bħala importanti, jeħtieġ li jinbeda xogħol ta’ definizzjoni tal-ambitu sabiex jiġi identifikat kemm tinħtieġ l-armonizzazzjoni. Iż-żoni ewlenin li fihom diġà nbeda x-xogħol fuq il-kodiċi tan-netwerk u l-linji gwida se jitkomplew u jitlestew. |
IL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
(4) |
Il-konsultazzjoni pubblika, kif meħtieġ fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Elettriku u tal-Gass, seħħet mit-2 ta’ April sat-13 ta’ Mejju 2013. Il-Kummissjoni rċeviet 22 tweġiba (3). |
(5) |
Dawn li ġejjin kienu l-kummenti ġenerali l-aktar komuni li daħlu matul il-konsultazzjoni pubblika:
|
(6) |
Dawn li ġejjin kienu l-kummenti l-aktar komuni li jikkonċernaw il-lista annwali ta’ prijoritajiet għall-2014 fir-rigward tar-regoli tan-netwerk tal-elettriku li daħlu matul il-konsultazzjoni pubblika:
|
(7) |
Dawn li ġejjin kienu l-kummenti l-aktar komuni li jikkonċernaw il-lista annwali ta’ prijoritajiet għall-2014 fir-rigward tar-regoli tan-netwerk tal-gass riċevuti matul il-konsultazzjoni pubblika:
|
(8) |
Għalkemm din id-deċiżjoni tiffoka biss fuq l-istabbiliment ta’ listi annwali ta’ prijoritajiet għall-2014, il-Kummissjoni kkonsultat ukoll il-partijiet interessati dwar il-ħtieġa u l-ambitu possibbli tal-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida li jistgħu jitqiesu bħala oqsma ewlenin għal wara l-2014 sabiex tippermetti li l-ACER tipprevedi l-ambitu tax-xogħol fil-programm ta’ ħidma tagħha għall-2014. |
(9) |
Dawn li ġejjin kienu l-kummenti l-aktar komuni dwar l-ambitu possibbli u l-ħtieġa tal-kodiċijiet tan-netwerk u linji gwida li jmorru lil hinn mill-2014 fir-rigward tar-regoli tan-netwerk tal-elettriku riċevuti matul il-konsultazzjoni pubblika:
|
(10) |
Dawn li ġejjin kienu l-kummenti l-aktar komuni dwar l-ambitu possibbli u l-ħtieġa tal-kodiċijiet tan-netwerk u tal-linji gwida li jmorru lil hinn mill-2014 fir-rigward tar-regoli tan-netwerk tal-gass riċevuti matul il-konsultazzjoni pubblika:
|
ID-DEĊIŻJONI
(11) |
Wara li kkunsidrat it-twegibiet tal-partijiet interessati li jappoġġaw l-għoti ta’ prijorità lix-xogħol biex jitwasslu l-elementi ewlenin li huma meħtieġa għat-tlestija tas-suq intern tal-enerġija sal-2014 u jirrikonoxxu diversi azzjonijiet meħtieġa għat-tlestija tiegħu, il-limiti għar-riżorsi, il-fatt li l-kodiċijiet tan-netwerk u l-linji gwida li diġà ġew adottati jeħtieġu riżorsi sabiex jiġu implimentati kif suppost, u l-fatt li kwalunkwe żona ġdida li tiżdied fil-lista annwali ta’ prijoritajiet 2014 ma tistax tirriżulta f’linja gwida jew kodiċi tan-netwerk li jiġi adottati sal-2014, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kummissjoni tistabbilixxi din il-lista annwali ta’ prijoritajiet għall-2014 għall-iżvilupp ta’ regoli armonizzati dwar l-elettriku:
— |
l-allokazzjoni tal-kapaċità u regoli għall-immaniġġjar tal-konġestjoni li jinkludu l-governanza ta’ swieq ta’ jum bil-quddiem u swieq ta’ dak il-jum stess li jinkludu l-kalkoli tal-kapaċità (fażi ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni), |
— |
regoli għall-konnessjoni man-netwerk
|
— |
regoli dwar l-operat tas-sistema (7):
|
— |
regoli tal-ibbilanċjar li jinkludu r-riżerva tal-enerġija li hija relatata man-netwerk (fażi ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni), |
— |
regoli għal allokazzjoni (bil-quddiem) tal-kapaċità fuq terminu twil (fażi ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni), |
— |
regoli dwar strutturi tariffarji ta’ trażmissjoni armonizzata (definizzjoni tal-ambitu mill-ACER għat-tħejjija ta’ linja gwida tal-qafas (8)). |
Artikolu 2
Hekk kif ġie previst li fl-2013 se jiġu adottati regoli armonizzati għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ibbilanċjar, il-Kummissjoni tistabbilixxi din il-lista annwali ta’ prijoritajiet għall-2014 għall-iżvilupp ta’ regoli armonizzati għall-gass:
— |
regoli dwar l-interoperabbiltà u l-iskambju tad-dejta (fażi ta’ adozzjoni mill-Kummissjoni), |
— |
regoli dwar strutturi tariffarji ta’ trażmissjoni armonizzata (abbozzar tal-kodiċi tan-netwerk mill-ENTSOG), |
— |
regoli dwar approċċ ibbażat fuq is-suq madwar l-UE dwar l-allokazzjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni tal-gass b’binja ġdida (l-abbozzar tal-emenda tal-Kodiċi tan-netwerk dwar il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità mill-ACER u l-ENTSOG kif ukoll l-inklużjoni ta’ regoli tariffarji rispettivi fil-kodiċi tan-netwerk tal-istrutturi tariffarji għat-trażmissjoni), |
— |
regoli għall-kummerċ relatati mad-dispożizzjonijiet tekniċi u operazzjonali tas-servizz tan-netwerk ta’ aċċess u l-ibbilanċjar tas-sistema (definizzjoni tal-ambitu mill-ACER biex jiġi identifikat humiex meħtieġa regoli vinkolanti tal-UE għal aktar armonizzazzjoni fit-tfassil ta’ prodotti u kuntratti tal-kapaċità fir-rigward ta’ fermezza, restrizzjonijiet fuq l-allokazzjoni jew swieq sekondarji, filwaqt li titqies l-implimentazzjoni ta’ linji gwida dwar proċeduri tal-immaniġġjar tal-konġestjoni u l-kodiċijiet tan-netwerk dwar il-mekkaniżmi ta’ allokazzjoni tal-kapaċità u dwar l-ibbilanċjar). |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.
(2) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
(3) It-tweġibiet huma ppublikati fis-sit elettroniku:
http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/consultations/20130513_netwerk_codes_en.htm
(4) ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.
(5) ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1.
(6) ĠU L 295, 12.11.2010, p. 1.
(7) regoli dwar it-taħriġ operazzjonali u dwar ir-rekwiżiti u l-proċeduri operazzjonali f’emerġenza se jsegwu aktar tard.
(8) Rigward ir-regoli dwar l-inċentivi għall-investiment, ir-Regolament TEN-E u partikolarment l-Artikolu 13 tiegħu, jistipula regoli li jiżguraw l-għotja ta’ inċentivi xierqa lil proġetti ta’ infrastruttura ta’ interess komuni tal-gass u l-elettriku, li huma soġġetti għal riskji ogħla minn dawk normalment imġarrba. F’dan il-kuntest, ir-Regolament TEN-E jistabbilixxi l-kompiti li ġejjin:
— |
Kull awtorità regolatorja nazzjonali tressaq quddiem l-ACER il-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati biex tevalwa l-investimenti u r-riskji ogħla mġarrba minnha, fejn disponibbli, sal-31 ta’ Lulju 2013 |
— |
L-ACER tiffaċilitata l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba u tagħmel rakkomandazzjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2013 |
— |
Kull awtorità regolatorja nazzjonali tippubblika l-kriterji użati biex tevalwa l-investimenti u r-riskji ogħla mġarrba minnha u l-metodoloġija rispettiva tagħha lill-ACER, fejn disponibbli, sal-31 ta’ Marzu 2014 |
Fuq il-bażi tal-kontribut tal-kompiti imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni Ewropea se tiddeċiedi għandhomx jinħarġu linji gwida vinkolanti.