|
17.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 220/49 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Awwissu 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2010/642/UE li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja u li tirrevoka d-Deċiżjoni 89/449/KEE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja
(notifikata bid-dokument C(2013) 5302)
(It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku)
(2013/437/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/449/UE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ tliet metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja. Il-Greċja għarrfet lill-Kummissjoni li mindu ġiet adottata dik id-Deċiżjoni, il-metodi għall-klassifikazzjoni evolvew b’mod konsiderevoli u ġew irreġistrati tibdiliet fil-popolazzjoni tal-majjal. Għaldaqstat, it-tliet metodi awtorizzati permezz ta’ dik id-Deċiżjoni ma jistgħux jibqgħu jintużaw. |
|
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/642/KEE (3), ġie awtorizzat l-użu ta’ metodu wieħed għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal li tkun tneħħitilhom il-ġilda fil-Greċja. |
|
(3) |
Il-Greċja elaborat żewġ metodi ta’ klassifikazzjoni li huma ġodda u aġġornati u talbet lill-Kummissjoni biex tawtorizza dawn iż-żewġ metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fit-territorju tagħha, u ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, u indikat il-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawn il-metodi, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tagħha, u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwali tal-laħam dgħif fil-protokoll previst fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 (4). |
|
(4) |
Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għaldaqstant, dawn il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fil-Greċja. |
|
(5) |
Konsegwentament, id-Deċiżjoni 2010/642/UE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 89/449/KEE għandha tiġi revokata. |
|
(7) |
Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni m’għandhomx ikunu permessi, sakemm dawn ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/642/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. Għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal ippreżentati b’konformità mal-ewwel paragrafu tal-punt B.III tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-użu tal-metodu li ġej, huwa awtorizzat fil-Greċja skont il-paragrafu 1 tal-punt B.IV. ta’ dak l-Anness: l-apparat ‘OptiScan-TP’ u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. 2. Għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal li tkun tneħħitilhom il-ġilda, l-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat fil-Greċja skont il-paragrafu 1 tal-punt B.IV tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007
|
|
(2) |
L-Anness għandu jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 89/449/KEE hija rrevokata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Awwissu 2013.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/449/KEE tas-17 ta’ Lulju 1989 li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja (ĠU L 214, 25.7.1989, p. 17).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/642/UE tal-25 ta’ Ottubru 2010 li tawtorizza metodu għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal fil-Greċja (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 60).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).
ANNESS
“ANNESS
METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJAL FIL-GREĊJA
Parti I
OptiScan-TP
|
1. |
Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal ssir permezz ta’ apparat magħruf bħala ‘OptiScan-TP’. |
|
2. |
L-apparat Optiscan-TP għandhu jkun mgħammar b’imager diġitali li tieħu ritratt illuminat taż-żewġ punti tal-kejl fuq il-karkassi. L-immaġnijiet għandhom ikunu l-bażi għall-kalkolu tal-ħxuna tax-xaħam u tal-muskolu skont il-metodu taż-żewġ punti ‘Zwei-Punkte Messverfahren (ZP)’.
Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Optiscan-TP nnifsu. Ir-ritratti għandhom jinħażnu u mbagħad aktar tard jistgħu jiġu kkontrollati. L-interfaċċa Bluetooth® integrata tippermetti t-trasferiment faċli tad-dejta. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
|
Parti II
L-apparat imsejjaħ ‘Hennessy Grading Probe (HPG 4)’
|
1. |
Ir-regoli li dwarhom hemm dispożizzjoni f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjal issir permezz tal-apparat magħruf bħala l-‘Hennessy Grading Probe (HGP 4)’. |
|
2. |
L-apparat għandu jkun mgħammar b’sonda b’dijametru ta’ 5,95 millimetri (u ta’ 6,3 millimetri fix-xafra fil-quċċata tas-sonda) li jkun fiha fotodijodu (Siemens LED tat-tip LYU 260-EO) u fotoditekter tat-tip Silonex SLCD-61N1 u li jkollu distanza operattiva ta’ bejn 0 u 120 millimetru. Ir-riżultati tal-qisien għandhom jiġu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-HGP 4 innifsu jew permezz ta’ kompjuter imqabbad miegħu. |
|
3. |
Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formula li ġejja:
fejn
Din il-formula għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn is-60 u l-120 kilogramma.” |