14.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 218/26


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Awwissu 2013

dwar l-ammonti trasferiti għas-sena finanzjarja 2014 mill-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid għall-Iskema ta’ Pagament Uniku kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

(notifikata bid-dokument C(2013) 5180)

(it-testi bil-Franċiż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol u bil-Malti biss huma awtentiċi)

(2013/430/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), partikolarment l-Artikolu 103za, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 103n tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li l-allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni disponibbli kif ukoll il-limiti baġitarji għall-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid huma stabbiliti fl-Anness Xb ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Skont l-Artikolu 103o tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri kellhom il-possibbiltà li jiddeċiedu, sal-1 ta’ Diċembru 2012, li jipprovdu appoġġ lill-vitikulturi għas-sena finanzjarja 2014 billi jallokaw drittijiet għall-pagament fi ħdan it-tifsira tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-Politika Agrikola Komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (2).

(3)

L-Istati Membri li biħsiebhom jipprovdu l-appoġġ skont l-Artikolu 103o tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 nnotifikaw l-ammonti korrispondenti. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-ammonti.

(4)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti trasferiti mill-programmi nazzjonali ta’ appoġġ previsti fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-Iskema ta’ Pagament Uniku stipulata fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għas-sena finanzjarja 2014 huma kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOȘ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


ANNESS

Ammonti trasferiti mill-programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid għall-Iskema ta’ Pagament Uniku (is-sena finanzjarja 2014)

(EUR 1000)

Sena finanzjarja

2014

Il-Ġreċja

16 000

Spanja

142 749

Il-Lussemburgu

588

Malta

402

Ir-Renju Unit

120