27.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EUCAP SAHEL NIGER/1/2013

tat-23 ta' Lulju 2013

li testendi l-mandat tal-Kap tal-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niger (EUCAP SAHEL Niger)

(2013/401/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta’ Lulju 2012 dwar il-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP SAHEL Niger) (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 9 (1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niger (EUCAP SAHEL Niger), inkluża d-deċiżjoni tal-ħatra ta' Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-17 ta' Lulju 2012, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP SAHEL Niger/1/2012 (2), li taħtar lill-Ġeneral Francisco ESPINOSA NAVAS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP SAHEL Niger mis-17 ta' Lulju 2012 sas-16 ta' Lulju 2013.

(3)

Fid-9 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/368/PESK (3) li testendi l-perijodu kopert bl-ammont ta’ referenza finanzjarja ta' EUCAP SAHEL Niger sal-31 ta' Ottubru 2013.

(4)

Fit-12 ta' Lulju 2013, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tal-Ġeneral Francisco ESPINOSA NAVAS bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP SAHEL Niger mis-17 ta' Lulju 2013 sal-31 ta' Ottubru 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tal-Ġeneral Francisco ESPINOSA NAVAS bħala Kap tal-missjoni tal- EUCAP SAHEL Niger, huwa b'din estiż sal-31 ta' Ottubru 2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mis-17 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUCAP SAHEL/Niger/1/2012 tas-17 ta’ Lulju 2012 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niger (EUCAP SAHEL Niger) (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 17).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/368/PESK tad- 9 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 189, 10.7.2013, p. 13).