|
23.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 198/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/393/PESK
tat-22 ta’ Lulju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2013/382/PESK li testendi l-mandat tar- Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Afganistan
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/168/PESK (1) li taħtar lis-Sur Vygaudas UŠACKAS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl- Afganistan. |
|
(2) |
Fil-15 ta’ Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/382/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-30 ta’ Ġunju 2014. |
|
(3) |
Għandu jinħatar RSUE ġdid fl-Afganistan għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2013/382/PESK għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsabu fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/382/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea
1. Il-mandat tas-Sur Vygaudas UŠACKAS bħala r-RSUE fl-Afganistan huwa b’dan estiż sal- 31 ta’ Awwissu 2013.
2. Is-Sur Franz-Michael SKJOLD MELLBIN huwa b’dan maħtur bħala r-RSUE fl-Afganistan għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014.
3. Il-mandat tar-RSUE jista’ jintemm qabel, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON