2.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/11


DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Lulju 2013

li temenda r-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill

(2013/345/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-ewwel u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 3(3) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattati jipprevedu li, sal-31 ta' Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni.

(2)

Dak il-persentaġġ jiġi kkalkolat konformement maċ-ċifri tal-popolazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness III mar-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill (1) (minn hawn 'il quddiem imsejħin "ir-Regoli ta' Proċedura").

(3)

Fl-14 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/37/UE (2) li emendat ir-Regoli ta' Proċedura sabiex jiġu aġġornati ċ-ċifri fl-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura b'effett mill-1 ta' Jannar 2013 kif meħtieġ mill-Artikolu 2(2) ta' dak l-Anness.

(4)

Konsegwentement għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni, l-Anness tar-Regoli ta' Proċedura għandu jiġi emendat biex jittieħed kont tal-popolazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tabella fl-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regoli ta' Proċedura hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

l-entrata l-ġdida li gejja tiddaħħal wara l-entrata rigward l-Irlanda:

"Kroazja

4 398,2 "

(2)

l-entrata intitolata "Total" hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

"Total

508 077,9 "

(3)

l-entrata intitolata "Livell minimu (62 %)" hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

"Livell minimu (62 %)

315 008,3 ".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).

(2)  ĠU L 16, 19.1.2013, p. 16.