|
2.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 183/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-1 ta’ Lulju 2013
li taħtar il-membri Kroati tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2013/343/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1). |
|
(2) |
Wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jitkabbar bil-ħatra ta' disa' membri li għandhom jintgħażlu minn fost rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, tal-ħaddiema u ta' partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b'mod speċjali, l-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħturi bħala membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sal-20 ta' Settembru 2015:
|
— |
Is-Sur Davor MAJETIĆ, Director General HUP (Croatian Employers Association) |
|
— |
Is-Sinjura Dragica MARTINOVIĆ DŽAMONJA, Director, Representative Office in Brussels,Croatian Chamber of Economy |
|
— |
Is-Sinjura Violeta JELIĆ, General Secretary of the Croatian Chamber of Trades and Crafts |
|
— |
Is-Sinjura Marija HANŽEVAČKI, General Secretary, Independent Trade Unions of Croatia |
|
— |
Is-Sinjura Anica MILIĆEVIĆ-PEZELJ, Executive Secretary, UATUC (Union of Autonomous Trade Unions of Croatia) |
|
— |
Is-Sur Vilim RIBIĆ, President of the Great Council of Independent Union of Research and Higher Education Employees of Croatia |
|
— |
Is-Sinjura Lidija PAVIĆ-ROGOŠIĆ, Director, ODRAZ – Sustainable Community Development |
|
— |
Is-Sinjura Marina ŠKRABALO, Senior advisor, GONG (Citizens Supervising Voting in an organized manner) |
|
— |
Is-Sur Toni VIDAN, Coordinator of the Energy and Climate programme of Zelena akcija/ FoE Croatia. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
L. LINKEVIČIUS