|
29.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/98 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Ġunju 2013
dwar l-approvazzjoni tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/341/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi ħfief (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2012, il-fornitur Valeo Equipments Electriques Moteur (l-“Applikant”) issottometta applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti (EG) Valeo bħala teknoloġija innovattiva. Il-kompletezza tal-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Instab li l-applikazzjoni kienet sħiħa u l-perjodu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni beda fil-jum wara d-data tal-wasla uffiċjali, jiġifieri d-19 ta’ Diċembru 2012. |
|
(2) |
L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 u l-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-Linji Gwida Tekniċi) (3). |
|
(3) |
L-applikazzjoni tirreferi għall-Alternatur EG Valeo, li huwa alternatur b’effiċjenza ta’ mill-inqas 77 fil-mija kif iddeterminat skont l-approċċ VDA deskritt fil-Punt 5.1.2 fl-Anness I tal-Linji Gwida Tekniċi. L-alternatur tal-Applikant huwa mgħammar b’rettifikazzjoni sinkronika li tuża transistors b’ effett tal-kamp ta’ materjal semikonduttur tal-ossidumetalliku, u b’hekk jiġi żgurat livell għoli ta’ effiċjenza. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni pprovduta mill-applikant turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 intlaħqu. |
|
(5) |
L-Applikant wera li alternatur ta’ effiċjenza għolja tat-tip deskritt f’din l-applikazzjoni se jkun disponibbli fis-suq tal-UE mill-2013 biss u li konsegwenza ta’ dan, il-penetrazzjoni fis-suq fl-2009 ta’ dawn it-tipi ta’ alternaturi kienet inqas mil-livell limitu ta’ 3 fil-mija speċifikat fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. Din id-dikjarazzjoni hija appoġġjata wkoll mir-rapport ta’ verifika ta’ akkumpanjament. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ssib li l-alternatur ta’ effiċjenza għolja pprovdut mill-Applikant għandu jitqies bħala li jissodisfa l-kriterju ta’ eliġibbiltà stabbilit fl-Artikolu 2(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
|
(6) |
Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar tad-CO2 li t-teknoloġija innovattiva se tagħti meta vettura tiġi mgħammra biha, huwa meħtieġ li tiġi ddefinita l-vettura tax-xenarju bażi li magħha se tiġi mqabbla l-effiċjenza tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva kif ipprovdut fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. Il-Kummissjoni ssib li huwa xieraq li jitqies alternatur b’effiċjenza ta’ 67 % bħala teknoloġija xierqa tax-xenarju bażi fil-każ li t-teknoloġija innovattiva tiġi implimentata ma’ tip ta’ vettura ġdida. Fejn l-Alternatur EG Valeo jitwaħħal ma’ tip ta’ vettura eżistenti, it-teknoloġija tax-xenarju bażi għandha tkun l-alternatur tal-verżjoni l-aktar reċenti ta’ dak it-tip imqiegħed fis-suq. |
|
(7) |
L-Applikant ipprovda metodoloġija komprensiva għall-ittestjar tat-tnaqqis tad-CO2. Din tinkludi formuli li huma konsistenti mal-formuli deskritti fil-Linji Gwida Tekniċi għall-approċċ simplifikat fir-rigward ta’ alternaturi effiċjenti. Il-Kummissjon tqis li l-metodoloġija tal-ittestjar se tipprovdi riżultati tal-ittestjar li huma verifikabbli, ripetibbli u komparabbli u li hija kapaċi turi b’mod realistiku l-benefiċċji rigward l-emissjonijiet tad-CO2 tat-teknoloġija innovattiva b’sinifikat statistiku b’saħħtu skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
|
(8) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ssib li l-Applikant wera b’mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub mit-teknoloġija innovattiva huwa tal-anqas ta’ 1 g CO2/km. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-iffrankar tat-teknoloġija innovattiva jista’ jintwera parzjalment permezz taċ-ċiklu tat-test standard, u li l-iffrankar totali finali li jrid jiġi ċċertifikat għalhekk għandu jkun iddeterminat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni ssib li r-rapport ta’ verifika ġie ppreparat mill-UTAC li huwa korp indipendenti u ċċertifikat u li r-rapport jappoġġja s-sejbiet stabbiliti fl-applikazzjoni. |
|
(11) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni. |
|
(12) |
Kwalunkwe manifattur li jixtieq jibbenefika minn tnaqqis tal-emissjonijiet medji speċifiċi tad-CO2 tiegħu sabiex jilħaq il-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi tiegħu permezz tal-iffrankar tad-CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta’ din id-Deċiżjoni, għandu skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, jirreferi għal din id-Deċiżjoni fl-applikazzjoni tiegħu għal ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE għall-vetturi kkonċernati, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo li għandu effiċjenza ta’ mill-anqas 77 fil-mija u huwa maħsub għall-użu f’vetturi M1 huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
2. It-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-użu tal-alternatur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun iddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
3. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 iddeterminat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jiġi ċċertifikat u jiddaħal fiċ-ċertifikat ta’ konformità u d-dokumentazzjoni rilevanti tal-approvazzjoni tat-tip speċifikati fl-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) biss fejn it-tnaqqis huwa daqs jew aktar mil-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnali Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.
(3) http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/cars/docs/guidelines_en.pdf
ANNESS
Metodoloġija biex jiġi stabbilit it-tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 minħabba l-użu tal-Alternatur ta’ Ġenerazzjoni Effiċjenti Valeo f’vettura M1
1. Introduzzjoni
Sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis tad-CO2 li jista’ jiġi attribwit għall-użu tal-Alternatur EG Valeo f’vettura M1, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit dan li ġej:
|
(a) |
il-proċedura tal-ittestjar li għandha tiġi segwita biex tiġi stabbilita l-effiċjenza tal-alternatur; |
|
(b) |
l-issettjar tal-bank tat-test; |
|
(c) |
il-formuli għall-kalkolu tad-devjazzjoni standard; |
|
(d) |
l-iffrankar tad-CO2 għaċ-ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. |
2. Proċedura tal-ittestjar
L-effiċjenza tal-alternatur trid tiġi stabbilita permezz ta’ kejl fi spids differenti: 1 800, 3 000, 6 000, 10 000 rotazzjoni kull minuta. F’kull stadju ta’ spid l-alternatur jiġi kkargat b’50 % tal-karga massima. Għall-kalkolu tal-effiċjenza, id-distribuzzjoni tal-ħin għandha tkun 25 %, 40 %, 25 %, 10 % għal 1 800, 3 000, 6 000, 10 000 rotazzjoni kull minuta rispettivament (ara l-approċċ VDA kif deskritt fil-Punt 5.1.2 fl-Anness I tal-Linji Gwida Tekniċi).
Dan iwassal għall-formula li ġejja (1):
Fejn:
|
— |
ηA hija l-effiċjenza tal-alternatur; |
|
— |
(η @1 800rpm @0,5·IN) hija l-effiċjenza tal-alternatur fi spid ta’ 1 800 rpm u karga ta’ 50 %; |
|
— |
(η @3 000rpm @0,5·IN) hija l-effiċjenza tal-alternatur fi spid ta’ 3 000 rpm u karga ta’ 50 %; |
|
— |
(η @6 000rpm @0,5·IN) hija l-effiċjenza tal-alternatur fi spid ta’ 6 000 rpm u karga ta’ 50 %; |
|
— |
(η @10 000rpm @0,5·IN) hija l-effiċjenza tal-alternatur fi spid ta’ 10 000 rpm u karga ta’ 50 %; |
|
— |
IN= Kurrent (A) |
L-arranġament tal-bank tat-test u l-proċedura tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ preċiżjoni speċifikati fl-ISO 8854:2012 (1).
3. Il-bank tat-test
Il-bank tat-test għandu jkun bank tat-test ta’ alternaturi bi ‘trażmissjoni diretta’. L-alternatur għandu jkun imqabbad direttament mal-miter tat-torque u max-xaft tas-sistema tat-trazzjoni. L-alternatur għandu jiġi kkargat b’batterija u b’karga elettronika. Ara l-konfigurazzjoni tal-bank tat-test f’Figura 1.
Figura 1
Il-konfigurazzjoni tal-bank tat-test
TM = Miter tat-torque
ALT. = Alternatur
BATT. = Batterija
V,I = Vultaġġ, kurrent
T = Torque
ω = Spid rotazzjonali
Fil-Figura 1 tingħata ħarsa ġenerali lejn il-konfigurazzjoni tal-bank tat-test. L-alternatur jittrasferixxi l-potenza mekkanika tal-mutur bla braxis f’potenza elettrika. Il-mutur bla braxis jiġġenera ammont ta’ potenza li huwa ddefinit bit-torque (Nm) u bl-ispid rotazzjonali (rad.s–1). It-torque u l-ispid għandhom jitkejlu b’miter tat-torque.
L-alternatur jipproduċi l-potenza biex jissupera l-karga li hija mqabbda mal-alternatur. Dan l-ammont ta’ potenza huwa ugwali għall-vultaġġ tal-alternatur (V) immultiplikat bil-kurrent tal-alternatur (I).
L-effiċjenza tal-alternatur hija ddefinita bħala l-potenza elettrika (output tal-alternatur) diviża bil-potenza mekkanika (output tal-miter tat-torque).
|
Formula (2) |
: |
|
Fejn:
|
ηA |
= |
L-effiċjenza tal-alternatur; |
|
V |
= |
Il-vultaġġ (V); |
|
I |
= |
Il-kurrent (A); |
|
T |
= |
It-torque (Nm); |
|
ω |
= |
L-ispid rotazzjonali tal-alternatur (rad. s–1) |
4. Kejl tat-torque u kalkolu tal-effiċjenza tal-alternatur
It-testijiet għandhom jitwettqu skont l-ISO 8854:2012.
Il-karga għandha tiġi installata b’50 % tal-kurrent li huwa ggarantit bl-alternatur b’temperatura ta’ 25 °C u spid tar-rotor ta’ 6 000 rpm. Pereżempju jekk l-alternatur huwa alternatur tal-klassi 180 A (f’25 °C u 6 000 rpm), il-karga tiġi installata b’90 A.
Għal kull spid, il-vultaġġ u l-kurrent tal-output tal-alternatur għandhom jinżammu kostanti, il-vultaġġ għal 14,3 V u l-kurrent għal alternatur tal-180 A għal 90 A. Jiġifieri għal kull spid it-torque għandu jitkejjel permezz tal-bank tat-test (ara l-Figura 1) u l-effiċjenza għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formula (2).
Dan it-test se jagħti l-effiċjenzi tal-alternatur f’4 spids differenti f’rotazzjonijiet kull minuta (rpm):
|
— |
Għal spid ta’ 1 800 rpm; |
|
— |
Għal spid ta’ 3 000 rpm; |
|
— |
Għal spid ta’ 6 000 rpm; |
|
— |
Għal spid ta’ 10 000 rpm. |
L-effiċjenza medja tal-alternatur għandha tiġi kkalkulata permezz tal-formula (1).
5. Devjazzjoni standard tal-valur aritmetiku medju tal-effiċjenza tal-alternatur
L-iżbalji tal-istatisika fir-riżultati tal-metodoloġija tal-ittestjar ikkawżati mill-kejl għandhom jiġu kkwantifikati. Il-format tal-valur tal-iżball għandu jkun devjazzjoni standard li hija ekwivalenti għal interval ta’ kunfidenza bilaterali ta’ 84 % (ara l-formula (3)).
|
Formula (3) |
: |
|
Fejn:
|
|
: |
Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika; |
|
xi |
: |
Il-valur tal-kejl; |
|
|
: |
Il-medja aritmetika; |
|
n |
: |
In-numru ta’ kejl |
Il-kejl kollu għandu jitwettaq b’mod konsekuttiv għall-anqas ħames (5) darbiet. Għal kull spid tiġi kkalkulata d-devjazzjoni standard.
Id-devjazzjoni standard tal-valur ta’ effiċjenza tal-alternatur (ΔηA) tiġi kkalkulata permezz tal-formula li ġejja:
|
Formula (4) |
: |
|
Fejn il-valuri 0,25, 0,40, 0,25, u 0,1 huma l-istess valuri ta’ ponderazzjoni bħal tal-formula (2) u S 1 800 , S 3 000 , S 6 000 , u S 10 000 huma d-devjazzjonijiet standard ikkalkulati bil-formula (3).
6. Żball fl-iffrankar tad-CO2 minħabba d-devjazzjoni standard (il-liġi ta’ propagazzjoni)
Id-devjazzjoni standard tal-valur ta’ effiċjenza tal-alternatur (ΔηA), twassal għal żball fl-iffrankar tad-CO2. Dan l-iżball għandu jiġi kkalkulat permezz tal-formula li ġejja (2):
|
Formula (5) |
: |
|
Fejn:
|
ΔCO2 |
= |
Żball fl-iffrankar tad-CO2 (g CO2/km); |
|
PRW |
= |
750 W; |
|
PTA |
= |
350 W; |
|
ηA-EI |
= |
L-effiċjenza tal-alternatur ta’ effiċjenza għolja; |
|
ΔηA |
= |
Id-devjazzjoni standard tal-effiċjenza tal-alternatur (ir-riżultat tal-ekwazzjoni fil-Formula (4)); |
|
VPe |
= |
Il-fatturi ta’ Willans (l/kWh); |
|
CF |
= |
Il-fatturi ta’ konverżjoni (g CO2/l); |
|
v |
= |
L-ispid medju tar-rotazzjoni tal-NEDC (km/siegħa) |
7. Kalkolu tas-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata
L-alternatur ta’ effiċjenza għolja jwassal għall-potenza mekkanika ffrankata li għandha tiġi kkalkolata f’żewġ passi. Fl-ewwel pass, l-potenza mekkanika ffrankata għandha tiġi kkalkolata taħt kundizzjonijiet reali. It-tieni pass huwa li tiġi kkalkulata l-potenza mekkanika ffrankata taħt il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip. Id-differenza bejn iż-żewġ valuri tal-iffrankar tal-potenza mekkanika għandha tirriżulta fis-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata.
Il-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonijiet tad-‘dinja reali’ għandha tiġi kkalkulata bil-formula (6).
|
Formula (6) |
: |
|
Fejn:
|
ΔΡm-RW |
= |
L-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonjiet tad-dinja reali (W); |
|
PRW |
= |
L-potenza elettrika taħt kundizzjonjiet tad-dinja reali, li hija 750 W; |
|
ηA |
= |
L-effiċjenza tal-alternatur tax-xenarju bażi; |
|
ηA-EI |
= |
L-effiċjenza tal-alternatur ta’ effiċjenza għolja |
Il-potenza mekkanika ffrankata taħt il-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi kkalkulata bil-formula (7).
|
Formula (7) |
: |
|
Fejn:
|
ΔΡm-TA |
= |
Il-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonjiet tal-approvazzjoni tat-tip (W); |
|
PTA |
= |
Il-potenza elettrika taħt kundizzjonjiet tal-approvazzjoni tat-tip, li hija 350 W; |
|
ηA |
= |
L-effiċjenza tal-alternatur tax-xenarju bażi; |
|
ηA-EI |
= |
L-effiċjenza tal-alternatur ta’ effiċjenza għolja |
Is-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata għandu jiġi kkalkulat bil-formula (8).
|
Formula (8) |
: |
|
Fejn:
|
ΔΡm |
Is-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata (W); |
|
ΔΡm-RW |
Il-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonijiet tad-dinja reali (W); |
|
ΔΡm-TA |
Il-potenza mekkanika ffrankata taħt kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip (W); |
8. Formula għall-kalkolu tal-iffrankar tad-CO2
L-iffrankar tad-CO2 għandu jiġi kkalkulat bil-formula li ġejja:
|
Formula (9) |
: |
|
Fejn:
|
CCO2 |
= |
L-iffrankar tad-CO2 (g CO2/km); |
|
ΔΡm |
= |
Is-sehem kontabbli tal-potenza mekkanika ffrankata skont il-formula (8) (W); |
|
VPe |
= |
Il-fatturi ta’ Willans (l/kWh); |
|
CF |
= |
Il-fatturi ta’ konverżjoni (g CO2/l) |
|
v |
= |
L-ispid medju tar-rotazzjoni tal-NEDC (km/siegħa) |
Għall-fatturi ta’ Willans għandha tintuża d-dejta fit-Tabella 1:
Tabella 1
Fatturi ta’ Willans
|
Tip ta’ magna |
Konsum tal-potenza effettiva VPe [l/kWh] |
|
Petrol (VPe-P) |
0,264 |
|
Petro Turbo |
0,28 |
|
Diżil (VPe-D) |
0,22 |
Għall-fatturi ta’ konverżjoni għandha tintuża d-dejta fit-Tabella 2:
Tabella 2
Fatturi ta’ konverżjoni
|
Tip ta’ karburant |
Fattur ta’ konverżjoni (l/100 km) → (g CO2/km) [100 g/l] |
|
Petrol |
23,3 (= 2 330 g CO2/l) |
|
Petro Turbo |
23,3 (= 2 330 g CO2/l) |
|
Diżil |
26,4. (= 2 640 g CO2/l) |
L-ispid medju tar-rotazzjoni tal-NEDC huwa: v = 33.58 km/siegħa
9. Sinifikat statistiku
Irid jintwera għal kull tip, varjant u verżjoni ta’ vettura mgħammra bl-Alternatur EG Valeo li l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 kkalkulat bil-Formula 5 mhuwiex akbar mid-differenza bejn l-iffrankar totali tad-CO2 u l-livell limitu minimu tal-iffrankar speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 (ara l-Formula (7)).
|
Formula (10) |
: |
|
Fejn:
|
MT |
= |
Il-livell limitu minimu (g CO2/km); |
|
CCO2 |
= |
L-iffrankar totali tad-CO2 (g CO2/km); |
|
|
= |
Żżball fl-iffrankar tad-CO2 (g CO2/km) |
10. L-alternatur ta’ effiċjenza għolja li għandu jiġi implimentat fil-vetturi
Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tad-CO2 li għandu jiġi ċċertifikat minħabba l-użu tal-Alternatur EG Valeo mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, skont l-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, il-manifattur tal-vettura M1 li tiġi mgħammra bl-alternatur għandu jagħżel vettura ta’ eko-innovazzjoni mgħammra bl-Alternatur EG Valeo u kwalunkwe waħda mill-vetturi tax-xenarju bażi li ġejjin:
|
(a) |
jekk l-eko-innovazzjoni titwaħħal f’tip ta’ vettura ġdida li tkun se tiġi sottomessa għal approvazzjoni tat-tip ġdida, il-vettura tax-xenajru bażi għandha tkun l-istess bħat-tip ta’ vettura ġdida f’kull aspett minbarra fir-rigward tal-alternatur li jrid ikun alternatur b’effiċjenza ta’ 67 %, jew |
|
(b) |
jekk l-eko-innovazzjoni titwaħħal f’verżjoni ta’ vettura eżistenti li għaliha l-approvazzjoni tat-tip se tiġi estiża wara s-sostituzzjoni tal-alternatur eżistenti bl-eko-innovazzjoni, il-vettura tax-xenarju bażi għandha tkun l-istess bħall-vettura ta’ eko-innovazzjoni f’kull rispett minbarra fir-rigward tal-alternatur li jrid ikun l-alternatur tal-verżjoni tal-vettura eżistenti. |
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar tad-CO2 abbażi tal-kejl tal-vettura tax-xenarju bażi u tal-vettura ta’ eko-innovazzjoni skont l-Artikolu 8(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 bl-użu tal-metodoloġija ta’ ttestjar stabbilita f’dan l-Anness. Fejn l-iffrankar fl-emissjonijiet tad-CO2 ikun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1), japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.
11. Il-kodiċi tal-eko-innovazzjoni li trid tiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip
Bil-għan li jiġi stabbilit il-kodiċi tal-eko-innovazzjoni ġenerali li għandu jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE, il-kodiċi individwali li għandu jintuża għat-teknoloġija approvata permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jkun “2”.
Pereżempju l-kodiċi tal-eko-innovazzjoni fil-każ tal-iffrankar tal-eko-innovazzjoni ċċertifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip Ġermaniża għandu jkun “e1 2”.
(1) ISO 8854. Vetturi tat-triq – Alternaturi bir-regolaturi – Metodi ta’ ttestjar u rekwiżiti ġenerali Numru ta’ referenza ISO 8854:2012(E).
(2) Din il-formula 5) tista’ tiġi dderivata bil-liġi tal-propagazzjoni tal-iżball li hija spjegata fil-Linji Gwida Tekniċi (par. 4.2.1)