|
25.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/308/PESK
tal-24 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja. |
|
(2) |
Il-Kunsill iqis li sabiex jiġi ffaċilitat id-djalogu politiku, il-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta fuq is-Sur Uladzimir Uladzimiravich Makei skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi sospiża waqt li jżomm il-kariga ta' Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Bjelorussja. Is-sospensjoni għandha tkun soġġetta għar-reviżjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
|
(3) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 8 tad-Deċizjoni Nru 2012/642/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
"Artikolu 8
1. Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(1), safejn dawn japplikaw għas-Sur Uladzimir Uladzimiravich Makei, għandhom jiġu sospiżi waqt li jżomm il-kariga ta' Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Bjelorussja.
2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2013. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija tista’ tiġġedded jew tiġi emendata, kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu."
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON