8.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/270/PESK
tas-6 ta’ Ġunju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(2) |
Fl-20 ta' Diċembru 2012, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit f'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 1737 (2006), emenda l-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-projbizzjoni fuq l-ivjaġġar u l-iffriżar tal-assi f'konformità mal-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007), UNSCR 1803 (2008) u UNSCR 1929 (2010), billi żied żewġ entitajiet ma' dik il-lista. Dawk l-entitajiet għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(3) |
Barra minn hekk, il-Kunsill jikkunsidra li entitajiet addizzjonali b'rabtiet ma' entitajiet diġà elenkati għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(4) |
Barra dan, il-Kunsill jikkunsidra li l-entrati rigward ċerti persuni u entitajiet inklużi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jiġu emendati. |
(5) |
M'għadx hemm raġunijiet għaliex għandhom jinżammu ċerti entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif adatt, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandhom jiġu emendati kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta’ Ġunju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SHATTER
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS
I. L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
A. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew relatati ma' missili ballistiċi
Entitajiet
(1) |
Yas Air: Yas Air huwa l-isem il-ġdid ta' Pars Air, kumpannija li kienet proprjetà ta' Pars Aviation Services Company, li min-naħa tagħha kienet indikata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Yas Air għenet lil Pars Aviation Services Company, entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, biex tikser il-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Indirizz: Mehrabad International Airport, Next to Terminal No. 6, Tehran, Iran. Data tal-indikazzjoni min-NU: 10.12.2012 |
(2) |
SAD Import Export Company: SAD Import Export Company għenet lil Parchin Chemical Industries and 7th of Tir Industries, entità indikata min-Nazzjonijiet Uniti, biex tikser il-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni 1747 (2007). Indirizz: Haftom Tir Square, South Mofte Avenue, Tour Line No 3/1, Tehran, Iran. (2) PO Box 1584864813. Data tal-indikazzjoni min-NU: 10.12.2012 |
II. L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
I. Persuni u entitajiet involuti f’attivitajiet nukleari jew relatati ma' ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran
B. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||
1 |
Petropars Iran Company (magħrufa wkoll bħala: PPI) |
|
Sussidjarja tal-entità indikata Petropars Ltd |
8.6.2013 |
|||||
2. |
Petropars Iran Company (magħrufa wkoll bħala: POSCO) |
|
Sussidjarja tal-entità indikata Petropars Iran Company |
8.6.2013 |
|||||
3. |
Petropars Operation & Management Company (magħrufa wkoll bħala: POMC) |
|
Sussidjarja tal-entità indikata Petropars Iran Company |
8.6.2013 |
|||||
4. |
Petropars Resources Engineering Ltd (magħrufa wkoll bħala: PRE) |
|
Sussidjarja tal-entità indikata Petropars Iran Company |
8.6.2013 |
|||||
5. |
Iranian Oil Company (U.K.) Limited (IOC) |
|
IOC hija interament proprjetà ta' Naftiran Intertrade Company (NICO). NICO hija fiha nfisha indikata fis-sanzjonijiet tal-UE għaliex hija interament proprjetà tan-National Iranian Oil Company (NIOC), li hija wkoll entità indikata mill-UE għaliex tipprovdi riżorsi finanzjarji lill-Gvern tal-Iran. It-tliet Diretturi tal-Bord kollha tal-ICO sat-18 ta' Diċembru 2012 ħadmu preċedentement għall-NIOCf'rwol ta' kariga ta' direttur, li juri ulterjorment ir-rabta qawwija bejn l-IOC u l-NIOC. |
8.6.2013 |
III. L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. |
Sorinet Commercial Trust (SCT) (magħrufa wkoll bħala: SCT Bankers; SCT Bankers Kish Company (PJS); SCT Bankers Company Branch; Sorinet Commercial Trust Bankers) |
|
Sorinet Commercial Trust (SCT) qed tassisti entitajiet indikati biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Gvern tal-Iran. SCT hija parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u operata minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt. |
22.12.2012 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. |
Mohammad Moghaddami FARD |
Data tat-twelid: 19 ta' Lulju 1956, Passaport: N10623175 (Iran) maħruġ fis-27 ta' Marzu 2007; jiskadi fis-26 ta' Marzu 2012. |
Ex-Direttur Reġjonali tal-IRISL fl-Emirati Għarab Magħquda, Direttur Maniġerjali ta' Pacific Shipping, sanzjonata mill-Unjoni Ewropea, ta' Great Ocean Shipping Company, psewdonimu ta' Oasi Freight Agency, sanzjonata mill-Unjoni Ewropea. Stabbilixxa l-Crystal Shipping FZE fl-2010 bħala parti mill-isforzi biex tiġi evitata l-indikazzjoni mill-UE tal-IRISL. |
1.12.2011 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. |
Ahmad Sarkandi |
Twieled fit-30 ta' Settembru 1953, Iranjan. |
Ex-Direttur Finanzjarju tal-IRISL mill-2011. Kien direttur eżekuttiv ta' diversi sussidjarji tal-IRISL sanzjonati mill-Unjoni Ewropea, li stabbilixxa diversi kumpanniji ta' faċċata li fihom hu għadu rreġistrat bħala Direttur Maniġerjali u azzjonist. |
1.12.2011 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4. |
Good Luck Shipping Company |
|
Kumpannija li taġixxi f'isem l-IRISL. Ikkontrollata minn Mohammad Moghddami Fard. Good Luck Shipping Company inħolqot biex tissostitwixxi l-Oasis Freight Company magħrufa bħala Great Ocean Shipping Services, li kienet sanzjonata mill-Unjoni Ewropea u f'likwidazzjoni legali. Good Luck Shipping Company ħarġet dokumenti tat-trasport foloz għall-IRISL u entitajiet proprjetà ta' jew ikkontrollati mill-IRISL. Taġixxi f'isem HDSL u Sapid, indikati mill-UE, fl-Emirati Għarab Magħquda. Stabbilita f'Ġunju 2011 bħala riżultat tas-sanzjonijiet, biex tissostitwixxi l-Great Ocean Shipping Services. |
1.12.2011 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. |
Azores Shipping Company magħrufa wkoll bħala Azores Shipping FZE LLC |
|
Ikkontrollata minn Mohammad Moghddami Fard. Tipprovdi servizzi lis-sussidjarja tal-IRISL, Valfajre Shipping Company, indikata mill-UE. Kumpannija ta' faċċata proprjetà jew li tinsab taħt il-kontroll tal-IRISL jew ta' sussidjarja tal-IRISL. Hija l-proprjetarja rreġistrata ta' bastiment proprjetà ta' jew ikkontrollat mill-IRISL. Moghddami Fard huwa direttur tal-kumpannija. |
1.12.2011 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. |
Pacific Shipping |
|
Taġixxi għall-IRISL fil-Lvant Nofsani. Hija sussidjarja tal-Azores Shipping Company. Id-Direttur Maniġerjali tagħha huwa Mohammad Moghaddami Fard. F'Ottubru tal-2010, hija kienet involuta fl-istabbiliment ta' kumpanniji ta' kopertura; l-ismijiet tal-kumpanniji l-ġodda intużaw fuq kontijiet tat-tagħbija sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet. Hija tkompli tkun involuta fl-iskedar ta' bastimenti tal-IRISL. |
1.12.2011 |
IV. L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:
1. |
Sad Export Import Company (magħrufa wkoll bħala SAD Import & Export Company) |
2. |
Yas Air |
3. |
Oasis Freight Agency |
4. |
Great Ocean Shipping Services (GOSS) |