|
1.6.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUBAM LIBYA/1/2013
tal-24 ta’ Mejju 2013
dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)
(2013/254/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Taħt l-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2013/233/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-EUBAM Libya, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Marzu 2013, il-KPS approva l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, datata 18 ta’ Marzu 2013, dwar il-ħatra tal-Kurunell Antti Juhani HARTIKAINEN, u talbu, bħala Kap tal-Missjoni futur propost, biex jassisti lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili għall-finijiet tal-ippjanar li qiegħed isir, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kurunell Antti Juhani HARTIKAINEN huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) għall-perijodu mit-22 ta’ Mejju 2013 sal-21 ta’ Mejju 2014.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Mejju 2013.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
O. SKOOG