28.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/240/PESK
tas-27 ta' Mejju 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/279/PESK (1), li estendiet l-EUPOL AFGHANISTAN bi tliet snin sal-31 ta' Mejju 2013. |
(2) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet fl-Analiżi Strateġika li saret f'Ottubru 2012 u l-adattament sussegwenti tal-Pjan Operattiv (OPLAN), il-EUPOL AFGHANISTAN għandha tiġi estiża sal-31 ta' Diċembru 2014. |
(3) |
L-EUPOL AFGHANISTAN ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi t-twettiq tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat. |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2010/279/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2010/279/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. Il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan ("EUPOL AFGHANISTAN" jew il-"Missjoni"), stabbilità mill-Azzjoni Konġunta 2007/369/PESK, għandha tiġi estiża mill-31 ta’ Mejju 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2014.". |
(2) |
L-Artikolu 3(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, l-EUPOL AFGANISTAN għandha:
Dawn il-kompiti għandhom jiġu żviluppati ulterjorment fil-Pjan Operattiv (OPLAN). Il-Missjoni għandha twettaq il-kompiti tagħha permezz ta’, fost mezzi oħra, monitoraġġ, għoti ta’ pariri u taħriġ.". |
(3) |
L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 4 Struttura tal-Missjoni 1. Il-Missjoni għandha jkollha l-Kwartieri Ġenerali (KĠ) f'Kabul. Il-Missjoni għandha tinkludi:
2. Il-persunal tal-Missjoni għandu jiġi skjerat fil-livelli ċentrali, reġjonali u provinċjali u jista’ jaħdem, kif ikun meħtieġ, fil-livell distrettwali għall-implimentazzjoni tal-mandat fir-rigward tal-valutazzjoni tas-sigurtà u meta jkun hemm fatturi determinanti, bħal appoġġ loġistiku u ta’ sigurtà adatt. Għandhom jiġu konklużi arranġamenti tekniċi mal-ISAF u mal-Pajjiżi Mexxejja tal-Kmand Reġjonali/Tim Provinċjali ta’ Rikostruzzjoni (PRT) għall-iskambju ta’ informazzjoni, għall-appoġġ mediku, ta’ sigurtà u loġistiku inkluża l-akkomodazzjoni mill-Kmandi Reġjonali u l-PRTs. 3. Barra minn hekk, għadd ta’ membri tal-persunal tal-Missjoni għandhom ikunu skjerati sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni strateġika tar-riforma tal-pulizija fl-Afganistan, kif meħtieġ, u b'mod partikolari mas-Segretarjat tal-IPCB f’Kabul.". |
(4) |
L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 11 Sigurtà 1. Il-Kmandant Ċivili tal-Operazzjoni għandu jidderieġi l-ippjanar ta' miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effettiva tagħhom għall-EUPOL AFGHANISTAN f'konformità mal-Artikolu 5. 2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli mis-sigurtà tal-operazzjoni u sabiex jiżgura konformità ma’ rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-operazzjoni, skont il-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-Unjoni f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u d-dokumenti ta’ sostenn tiegħu. 3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal Għoli tas-Sigurtà tal-Missjoni (SMSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE). 4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jaħtar Uffiċjali tas-Sigurtà fil-postijiet provinċjali u reġjonali tal-Missjoni, li, taħt l-awtorità tal-SMSO għandhom ikunu responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum tal-aspetti kollha ta' sigurtà tal-elementi rispettivi tal-Missjoni. 5. Il-persunal tal-EUPOL AFGHANISTAN għandu jagħmel taħriġ obbligatorju ta' sigurtà qabel id-dħul tiegħu fil-funzjoni, f'konformità mal-OPLAN. Għandu wkoll jingħatalu taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post organizzat mill-SMSO. 6. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE tal-31 ta’ Marzu 2011 dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (*). |
(5) |
L-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: "1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-31 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Lulju 2011 għandu jkun ta' EUR 54 600 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2011 sal-31 ta’ Lulju 2012 għandu jkun ta’ EUR 60 500 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Awwissu 2012 sal-31 ta' Mejju 2013 għandu jkun ta' EUR 56 870 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EUPOL AFGHANISTAN għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2013 sal-31 ta' Diċembru 2014 għandu jkun ta' EUR 108 050 000.". |
(6) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 14 Rilaxx ta' informazzjoni 1. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lin-NATO/ISAF informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi lokali sabiex dan jiġi faċilitat. 2. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma' din id-Deċiżjoni, skont il-każ u f'konformità mal-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "CONFIDENTIEL UE" ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. 3. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-UNAMA, skont il-każ u f'konformità mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE" ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dan il-għan. 4. Fil-każ ta' ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ b'dan ikun ukoll awtorizzat jirrilaxxa lill-Istat ospitanti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell "RESTREINT UE" ġġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni 2011/292/UE. Għal dan il-għan għandhom jitfasslu arranġamenti bejn ir-RGħ u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat ospitanti. 5. Ir-RGħ huwa b'dan awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din id-Deċiżjoni, dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-Missjoni koperta mill-obbligu ta’ segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (**). 6. Ir-RGħ jista' jiddelega s-setgħat imsemmijin fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5, kif ukoll il-kapaċità li jikkonkludi l-arranġamenti msemmijin fil-paragrafu 4 lil persuni li jinsabu taħt l-awtorità tiegħu, lill-Kmandant tal-Operazzjonijiet Ċivili u/jew lill-Kap tal-Missjoni. (**) Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35)."." |
(7) |
Fl-Artikolu 17, it-tieni sentenza hija sostitwita b'din li ġejja: "Hija għandha tapplika mill-31 ta' Mejju 2010 sal-31 ta' Diċembru 2014.". |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4.