1.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Jannar 2013

li taħtar u tissostitwixxi l-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali

2013/C 30/07

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),

Wara li kkunsidra n-nomini ppreżentati mill-Gvern Litwan,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2012 sas-17 ta' Settembru 2015.

(2)

Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern sar vakanti b'segwitu għar-riżenja tas-Sur Romualdas PUSVAŠKIS.

(3)

Il-membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandu jinħatar għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta' Settembru 2015.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2015:

RAPPREŻENTANT TAL-GVERN:

LITWANJA

Is-Sur Saulius ZYBARTAS

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)  ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.