24.4.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 112/30


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ April 2013

dwar il-validità ta’ ċertu informazzjoni tariffarja vinkolanti

(notifikata bid-dokument C(2013) 2297)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2013/190/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(5)(a)(iii) u l-Artikolu 248 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu (9)1 tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiżgura l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 160/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda (3), il-klassifikazzjoni ta’ prodott li jikkonsisti f’likwidu ċar ta’ kulur kannella skur b’riħa aromatika tixbaħ lil tal-ħwawar, u togħma ta’ ħwawar morra, li għandu qawwa alkoħolika reali ta’ 43 % skont il-volum u jikkonsisti f’taħlita ta’ 32 tip ta’ estratti ta’ ħxejjex mediċinali b’estrazzjoni tal-karamella, ilma u alkoħol taħt il-kodiċi NM 2208 90 69.

(2)

Din il-klassifikazzjoni ġiet adottata fuq ir-raġunijiet li ġejjin: “Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6, għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda bin-Nota Addizzjonali 1(b) tal-Kapitolu 30, u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 2208, 2208 90 u 2208 90 69. Il-prodott ma jistax jitqies bħala mediċina ta’ Kapitlu 30. La t-tabella, la l-istruzzjonijiet għall użu li jakkumpanjaw il-prodott u lanqas il-pakkett ma fihom xi informazzjoni dwar it-tip u l-konċentrazzjoni tas-sustanza/i attiva/i. Jissemmew biss l-ammont u t-tip ta’ pjanti jew partijiet mill-pjanti. Il-kundizzjonijiet tan-Nota Addizzjonali 1(b) tal-Kapitolu 30 għalhekk ma ntlaħqux. Il-prodott huwa xarba alkoħolika tal-intestatura 2208, li fiha l-karatteristiċi ta’ suppliment għall-ikel, magħmul biex tinżamm is-saħħa ġenerali jew għall-benesseri fuq bażi ta’ estratti ta’ pjanti (ara n-Nota ta’ Spjega dwar s-Sistema Armonizzata għall-intestatura 2208, it-tielet paragrafu, punt 16)”.

(3)

Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq fl-20 ta’ Frar 2007, kull Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti (ITVs) preċedentement maħruġa mill-Istati Membri li jikklassifikaw il-prodotti kkonċernati bħala medikamenti tal-intestatura 3004 ma baqgħetx valida.

(4)

Sussegwentement l-Istati Membri ħarġu ITVs għal prodotti bħal dawn taħt l-intestatura 2208.

(5)

Madankollu, l-Awstrija ħarġet l-ITV imsemmija fl-Anness, li tikklassifika prodott simili taħt il-kodiċi NM 3004 90 00. B’hekk, l-Awstrija naqset milli tqis il-fatt li r-Regolament ta’ klassifikazzjoni jikkostitwixxi l-applikazzjoni tar-regola ġenerali għal xi każ partikolari, u għalhekk fiha gwida dwar l-interpretazzjoni tar-regola li tista’ tiġi applikata mill-awtorità responsabbli għall-klassifikazzjoni ta’ prodott identiku jew simili.

(6)

L-ITV imsemmi fl-Anness tikkonċerna prodott li jikkonsisti f’likwidu trasparenti, ta’ kulur kannella fl-isfar b’riħa aromatika speċifika u togħma morra, pikkanti-aromatika. Il-prodott għandu qawwa alkoħolika reali ta’ 43,4 % skont il-volum u jikkonsisti f’taħlita ta’ Ganfra u 26 estratti ta’ ħxejjex mediċinali oħra bi żjut essenzjali, xi aġent koloranti tal-ikel u alkoħol. Dak il-prodott huwa simili biżżejjed għal dak kopert mir-Regolament (KE) Nru 160/2007.

(7)

Għalhekk il-kundizzjonijiet tan-Nota Addizzjonali 1(b) tal-Kapitolu 30 ma ġewx issodisfati għaliex l-ittikkettjar mhuwiex preċiż rigward il-komposizzjoni kwantitattiva. Il-prodott deskritt fl-ITV maħruġ mill-Awstrija jikkonsisti f’taħlita alkoħolika ta’ ganfra ma’ diversi estratti ta’ ħxejjex. Madankollu, l-ispjegazzjoni ċara għat-taħlit kollha ta’ dawn il-ħxejjex aromatiċi flimkien hija assenti. Il-prodott ma jittrattax jew jipprevjeni mard speċifiku jew uġigħ. Xi wħud mill-indikazzjonijiet huma relatati mal-kundizzjonijiet patopsikoloġiċi li mhumiex definiti b’mod ċar.

(8)

Biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-operaturi u l-applikazzjoni uniformi tan-NM, l-ITV imsemmija fl-Anness għandha tieqaf milli tibqa’ valida. L-amministrazzjoni doganali li ħarġet l-informazzjoni għandha għalhekk tirrevokaha mill-aktar fis possibli u tinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

(9)

Skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 id-detentur għandu jingħata, matul ċertu perjodu ta’ żmien, il-possibbiltà li tiġi invokata l-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa li waqfet milli tkun valida soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-informazzjoni Tariffarja Vinkolanti msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella stipulata fl-Anness, li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali speċifikati fil-kolonna 2 għall-klassifikazzjoni tat-tariffa speċifikati fil-kolonna 3 għandha tieqaf milli tibqa’ valida.

2.   L-awtoritajiet doganali speċifikati fil-kolonna 2 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jirrevokaw l-informazzjoni tariffarja vinkolanti msemmija fil-kolonna 1 fl-aktar data kmieni possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn għaxart ijiem min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   L-awtorità doganali li tirrevoka l-Informazzjoni Tariffarja Vinkolanti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti tat-tariffa msemmija fl-Anness tista’ tibqa’ tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta’ sitt xhur sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huma sodisfatti.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2013.

Għall-Kummissjoni

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 51, 20.2.2007, p. 3.


ANNESS

Informazzjoni tariffarja vinkolanti

Nru ta’ referenza

Awtorità tad-Dwana

Klassifikazzjoni tariffarja

1

2

3

AT 2009/000788

Zollamt Wien

30049000