|
23.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 111/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ April 2013
li tistabbilixxi lista ta' tliet Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
(2013/181/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 257 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 62c, tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 979/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Diċembru 2012,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jipprevedi l-possibbiltà li jiżdiedu Mħallfin ad interim mal-qrati speċjalizzati sabiex jissostitwixxu l-Imħallfin assenti li, għalkemm ma jkunux qed ibatu minn diżabilità li titqies bħala totali, ma jistgħux, għal żmien twil, jipparteċipaw fit-trattazzjoni ta' kawżi. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 979/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropeajipprevedi li l-Kunsill, filwaqt li jaġixxi unanimament fuq il-proposta tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, jistabbilixxi lista ta' tliet persuni maħtura fil-pożizzjoni ta' Mħallfin ad interim. Dawn l-Imħallfin għandhom jintgħażlu minn fost persuni li kienu membri tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li jistgħu jżommu ruħhom disponibbli għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Huma għandhom jinħatru għal perijodu ta’ erba’ snin u l-mandat tagħhom jista' jiġġedded. Din il-lista tiddetermina wkoll l-ordni li fiha l-Imħallfin ad interim jintalbu jaqdu dmirijiethom. |
|
(3) |
Jeħtieġ li tiġi stabbilita lista ta' tliet Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Qed tiġi stabbilita lista ta' tliet Imħallfin ad interim tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Din magħmula minn:
|
— |
Is-Sur Haris TAGARAS, li kien Imħallef tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, |
|
— |
Is-Sur Arjen W. H. MEIJ, li kien Imħallef tat-Tribunal, |
|
— |
Is-Sinjura Verica TRSTENJAK, li kienet l-Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u Imħallef tat-Tribunal. |
Din il-lista qed tiġi ppreżentata fl-ordni li fiha l-Imħallfin ad interim ser jintalbu, meta jkun meħtieġ, jaqdu l-funzjonijiet tagħhom.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE