26.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/28


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Marzu 2013

fir-rigward ta’ għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għas-sena 2013 lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument C(2013) 1628)

(It-testi bid-Daniż, Franċiż, Ġermaniż, Ingliż, Olandiż, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)

(2013/155/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 926/2011 tat-12 ta’ Settembru 2011 għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jipprovdi li l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati jiġu implimentati b’mod effettiv u li l-benefiċjarji jgħaddu t-tagħrif kollu meħtieġ f’limiti ta’ żmien partikolari.

(2)

Il-Kummissjoni vvalutat u approvat il-programm ta’ ħidma aġġornat u l-stimi tal-baġit korrispondenti ppreżentati fl-2012 mil-laboratorji ta’ referenza tal-UE għas-sena 2013.

(3)

Hekk kif il-programmi ta’ ħidma bdew jiġu magħmulin sa mill-1 ta’ Jannar 2013, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni preżenti għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

(4)

Għaldaqstant, għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea maħtura biex jikkofinanzjaw l-attivitajiet tagħhom biex iwettqu l-funzjonijiet u d-dmirijiet provduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011.

(5)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 135/2013 (4) jistipula r-regoli ta’ eliġibbiltà għal-laqgħat ta’ ħidma organizzati mil-laboratorji ta’ referenza tal-UE. Dan jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta’ 32 parteċipant, 3 kelliema mistiedna u 10 rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi fil-laqgħat ta’ ħidma. Għandhom jingħataw derogi għal dan il-limitu lil xi laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea li jeħtieġu s-sostenn għall-attendenza ta’ aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat tal-laqgħat ta’ ħidma. Id-derogi jistgħu jinkisbu fil-każ li laboratorju ta’ referenza tal-UE jieħu t-tmexxija u r-responsabbiltà meta tiġi organizzata laqgħa ta’ ħidma ma’ laboratorju ta’ referenza ieħor tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Għas-sitt laboratorji ta’ referenza tal-UE maħtura fi ħdan iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, ir-relazzjoni hi stabbilita f’arranġament amministrattiv annwali li hu sostnut minn programm ta’ ħidma u baġit tiegħu peress li ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u d-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konumaturi huma t-tnejn servizzi tal-Kummissjoni.

(7)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (5), il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta’ kontroll (il-miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG). It-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, għal miżuri u programmi koperti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (6), in-nefqa marbuta mal-ispejjeż amministrattivi u tal-persunal imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-FAEG għandha tinġarr mill-Fond. Għal skopijiet ta’ kontroll finanzjarju, japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire de sécurité des aliments (LSA), tal-Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Maisons-Alfort, Franza, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013:

(a)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 358 000;

(b)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-Listeria monocytogenes, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 440 000;

(c)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-iStaphylococci koagulażi pożittivi, inkluz l-iStaphylococcus aureus, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 347 000.

Artikolu 2

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lir-Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi, għall-analiżi u l-ittestjar taż-żoonożi (salmonella).

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 492 000.

Artikolu 3

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), Vigo, Spanja għall-monitoraġġ ta’ bijotossini marini.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 330 000.

Artikolu 4

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju tas-Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth, ir-Renju Unit, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013:

(a)

għall-monitoraġġ tal-kontaminazzjoni virali u batterjoloġika tal-molluski bivalvi, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 345 000;

(b)

għall-mard tal-krustaċi, dik l-għajnuna finanzjara ma għandhiex taqbeż l-EUR 145 000.

Artikolu 5

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Istituto Superiore di Sanità (ISS), Ruma, l-Italja, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013:

(a)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-Escherichia Coli, inkluż l-E. Coli Verotossiġeniku (VTEC), dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 326 000;

(b)

għall-analiżi u l-ittestjar tal-parassiti (b’mod partikolari t-Trichinella, Echinococcus u l-Anisakis), dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 374 000;

(c)

għar-residwi ta’ ċerti sustanzi li jissemmew fil-punt 12(d) tat-Taqsima I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 316 000.

Artikolu 6

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-iStatens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Uppsala, l-Isvezja, għall-monitoraġġ tal-Campylobacter.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 395 000.

Artikolu 7

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lill-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Kopenħagen, id-Danimarka, għall-moniteraġġ ta’ reżistenzi antimikrobiċi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 530 000.

Artikolu 8

1.   L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), Addlestone, ir-Renju Unit, għall-monitoraġġ ta’ enċifalopatiji sponġiformi trażmissibbli.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 495 000.

2.   Permezz ta’ deroga għall-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 135/2013, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun intitolat li jitlob għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn iktar minn 32 parteċipant f’daqqa għas-sessjonijiet ta’ ħidma tiegħu.

Artikolu 9

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Gembloux, il-Belġju, għall-analiżi u l-ittestjar tal-proteini tal-annimali fl-għalf

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 530 000.

Artikolu 10

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratoire (ANSES), Fougères, Franza, għar-residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fil-punt 12(b) tat-Taqsima I tal-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 500 000.

Artikolu 11

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL), Berlin, il-Ġermanja, għal residwi ta’ ċerti sustanzi li jissemmew fil-punt 12(c) tas-Sezzjoni I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 500 000.

Artikolu 12

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lir-RIKILT – Institute for Food Safety, part of Wageningen University & Research Centre, Wageningen, il-Pajjiżi l-Baxxi għar-residwi ta’ ċerti sustanzi msemmija fil-punt 12(a) tat-Taqsima I tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 500 000.

Artikolu 13

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Freiburg, il-Ġermanja għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013:

(a)

għall-analiżi u l-ittestjar tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-annimali u komoditajiet b’kontenut għoli ta’ xaħam, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 234 000;

(b)

għall-analiżi u l-ittestjar tad-diossini u l-poliklorobifenil fl-għalf u fl-ikel, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 510 000.

Artikolu 14

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Søborg, id-Danimarka, għall-analiżi u l-ittestjar tar-residwi tal-pestiċidi fiċ-ċereali u fl-għalf.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 200 000.

Artikolu 15

1.   L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Spanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidi fil-frott u l-ħxejjex, inklużi l-komoditajiet bażiċi b’kontenut għoli ta’ ilma u aċidu.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 538 000.

2.   Permezz ta’ deroga għall-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 135/2013, il-laboratorju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun intitolat li jitlob għajnuna finanzjarja għall-attendenza minn iktar minn 32 parteċipant f’daqqa għas-sessjonijiet ta’ ħidma tiegħu.

Artikolu 16

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA) Stuttgart, il-Ġermanja, għall-analiżi u l-ittestjar ta’ residwi tal-pestiċidji permezz ta’ metodi monoresidwi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 398 000.

Artikolu 17

L-Unjoni Ewropea tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete, Algete (Madrid), Spanja, għall-marda Afrikana taż-żwiemel.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 110 000.

Artikolu 18

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (ex-VLA), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013:

(a)

għall-marda ta Newcastle, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 98 000;

(b)

għall-influwenza tat-tjur, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 425 000.

Artikolu 19

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju tal-Pirbright Institute (former AFRC Institute for Animal Health), Pirbright Laboratory, Pirtbright, ir-Renju Unit għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013:

(a)

għall-marda vesikulari tal-ħnieżer; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 75 000;

(b)

għall-ilsien ikħal, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 240 000;

(c)

għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 400 000.

Artikolu 20

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lit-Technical University of Denmark, National Veterinary Institute, Department of Poultry, Fish and Fur Animals, Aarhus, id-Danimarka, għall-mard tal-ħut.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż il-EUR 310 000.

Artikolu 21

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut français de recherche pour l'exploitation de la mer (Ifremer), La Tremblade, Franza, għall-mard tal-molluski bivalvi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 170 000.

Artikolu 22

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, Hannover, il-Ġermanja, għad-deni klassiku tal-ħnieżer.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 333 000.

Artikolu 23

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, għad-deni Afrikan tal-ħnieżer.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 236 000.

Artikolu 24

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-INTERBULL Centre, Department of Animal Breeding and Genetics - SLU, Swedish University of Agricultural Sciences, Uppsala, l-Isvezja, għall-kollaborazzjoni biex jiġu uniformizzati l-metodi ta’ ttestjar u valutazzjoni tar-riżultati għall-annimali ta-ttgħammir ta’ razza pura tal-ispeċi bovina.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 150 000.

Artikolu 25

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire de santé animale, Maisons-Alfort, Franza, għall-brucellosis.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 285 000.

Artikolu 26

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire de santé animale, Maisons Alfort/Laboratoire de pathologie équine, Dozulé, Franza, għall-mard taż-żwiemel ħlief għall-Marda Afrikana taż-Żwiemel.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 555 000.

Artikolu 27

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire de la rage et de la faune sauvage, Nancy, Franża, għall-marda tar-rabja.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 282 000.

Artikolu 28

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET) tal-Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, għat-tuberkulożi.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 248 000.

Artikolu 29

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES, Laboratoire de santé animale, Maisons-Alfort, Franza, għas-saħħa tan-naħal.

Għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013, dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 384 000.

Artikolu 30

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea, Geel, il-Belġju, għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2013:

(a)

l-attivitajiet relatati mal-metalli tqal fl-għalf u l-ikel; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 261 000;

(b)

l-attivitajiet relatati mal-Mikotossini; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 271 000;

(c)

l-attivitajiet relatati mal-Idrokarburi Aromatiċi Poliċikliċi (IAP); dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 269 000;

(d)

l-attivitajiet relatati mal-addittivi użati fin-nutrizzjoni tal-annimali; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 71 000.

Artikolu 31

L-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Kummissjoni Ewropea, l-Italja, (ISPRA), għall-attivitajiet segwenti fir-rigward tal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ DIċembru 2013:

(a)

l-attivitajiet relatati mal-Materjali u l-Artikoli f’kuntatt mal-ikel; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 341 000;

(b)

l-attivitajiet relatati mal-OĠM; dik l-għajnuna finanzjarja ma għandhiex taqbeż l-EUR 472 000.

Artikolu 32

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni li tissemma fl-Artikoli 1 sa 31 għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2011.

Artikolu 33

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lil-laboratorji elenkati fl-Anness.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 241, 17.9.2011, p. 2.

(4)  ĠU L 46, 19.2.2013, p. 8.

(5)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.


ANNESS

Laboratoire de sécurité des aliments (LSA), of the Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), 23 avenue du Général de Gaulle, 94700 Maisons-Alfort, Franza,

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Anthony van Leeuwenhoeklaan 9, Postbus 1, 3720 BA Bilthoven, il-Pajjiżi l-Baxxi,

Laboratorio de Biotoxinas Marinas, Agencia Española de Seguridad Alimentaria y Nutrición (Ministerio de Sanidad y Política Social), Estación Marítima, s/n, 36200 Vigo, Spanja,

Laboratory of the Centre for Environment, Fisheries and Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth laboratory, Barrack Road, The Nothe, Weymouth, Dorset, DT4 8UB, ir-Renju Unit,

Istituto Superiore di Sanità (ISS), Viale Regina Elena 299, 00161 Ruma, l-Italja,

Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Ulls väg 2 B, 751 89 Uppsala, l-Isvezja,

Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Bülowsvej 27, 1790 Kopenħagen V, id-Danimarka,

Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (AHVLA); Weybridge, New Haw, Addelstone Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit,

Centre Wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Chaussée de Namur 24, 5030 Gembloux, il-Belġju,

Laboratoire de Fougères de L’Agence nationale de sécurité sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), Laboratoire de Fougères, 10B rue Claude Bourgelat, Javené, CS40608, 35306 Fougères, Franza,

Bundesamt für Verbraucherschutz und Lebensmittelsicherheit (BVL), Mauerstrasse 39-42, 10117 Berlin, il-Ġermanja,

RIKILT – Institute for Food Safety, part of Wageningen University & Research Centre, Akkermaalsbos 2, Building No 123, 6708 WB Wageningen, il-Pajjiżi l-Baxxi,

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Postfach 100462, Bissierstrasse 5, 79114 Freiburg, il-Ġermanja,

Fødevareinstituttet, Danmarks Tekniske Universitet (DTU), Department of Food Chemistry, Moerkhoej Bygade 19, 2860 Soeborg, id-Danimarka,

Laboratorio Agrario de la Generalitat Valenciana (LAGV)/Grupo de Residuos de Plaguicidas de la Universidad de Almería (PRRG), Ctra. Sacramento s/n, La Cañada de San Urbano, 04120 Almería, Spanja,

Chemisches und Veterinäruntersuchungsamt (CVUA), Schaflandstrasse 3/2, 70736 Stuttgart, il-Ġermanja,

Laboratorio Central de Sanidad Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Ctra. De Algete km. 8, Valdeolmos, 28110, Algete (Madrid), Spanja,

Animal Health and Veterinary Laboratories Agency (AHVLA) Weybridge, New Haw, Addelstone Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit,

The Pirbright Institute, Pirbright Laboratory, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit,

The Technical University of Denmark, National Veterinary Institute, Department of Poultry, Fish and Fur Animals, Hangøvej 2, 8200-Århus, id-Danimarka,

IFREMER, Avenue Mus de Loup, Ronce les Bains, 17390 La Tremblade, Franza,

Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Bischofsholer Damm 15, D-3000 Hannover, il-Ġermanja,

Centro de Investigación en Sanidad Animal, Ctra. De Algete a El Casar, Valdeolmos 28130, Madrid, Spanja,

INTERBULL Centre, Department of Animal Breeding and Genetics SLU, Swedish University of Agricultural Sciences - SLU, Undervisningsplan E1-27; S-750 07 Uppsala, l-Isvezja,

ANSES, Laboratoire de santé animale, 23 avenue du Général de Gaulle, 94706 Maisons-Alfort, Cedex, Franza,

ANSES, Laboratoire de santé animale/Laboratoire de pathologie équine, 23 avenue du Général de Gaulle, 94706 Maisons-Alfort, Cedex, Franza,

ANSES, Laboratoire de la rage et de la faune sauvage de Nancy, Domaine de Pixérécourt, 54220 Malzéville, Franza,

VISAVET - Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Avda. Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria, 28040. Madrid, Spanja,

ANSES, Laboratoire de Sophia-Antipolis, 105 Route des Chappes, les Templiers, 06902 Sophia-Antipolis, Franza,

Joint Research Centre, Institute for Reference Materials and Measurements, Retieseweg 111, 2440 Geel, (il-Belġju),

Joint Research Centre, Institute for Health and Consumer Protection, Via E. Fermi, 1, 21027 Ispra, (l-Italja).