20.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 77/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Marzu 2013

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Zrieragħ fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

(2013/138/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 ġiet konkluża bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE (1) u ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Dik il-Konvenzjoni kienet estiża l-aħħar f’Ġunju 2011 permezz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ, u tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2013. Huwa fl-interess tal-Unjoni li din terġa’ tiġi estiża. Għalhekk, il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ, għandha tiġi awtorizzata tivvota favur din l-estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ hija li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 għal perjodu ieħor ta’ mhux aktar minn sentejn.

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata tesprimi diK il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taż-Żrieragħ.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

S. COVENEY


(1)   ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47.