14.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 70/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-11 ta’ Marzu 2013

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru

(2013/127/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari għall-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/3 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta’ Frar 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru ser jiskadi wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk neċessarju li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013.

(3)

Il-Bank Ċentrali ta’ Ċipru għażel lil KPMG Limited bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li KPMG Limited għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(14) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:

“14.   KPMG Limited huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU C 37, 9.2.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.