7.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 64/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-5 ta’ Marzu 2013

li taħtar membru Olandiż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2013/117/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Settembru 2010 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il- membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta’ Settembru 2010 sal-20 ta’ Settembru 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Leon MEIJER sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Hija b’dan maħtura membru s-Sinjura Melanie BOUWKNEGT, Beleldsadviseur CNV Vakcentrale, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.