|
1.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 58/8 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/109/PESK
tat-28 ta' Frar 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-29 ta' Novembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/739/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1). |
|
(2) |
Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2012/739/PESK, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sal-1 ta' Ġunju 2013. |
|
(3) |
Barra minn hekk, jinħtieġ emendament tal-miżuri dwar l-embargo fuq l-armi biex ikun jista' jsir il-forniment ta' tagħmir militari mhux letali għall-protezzjoni taċ-ċittadini jew għall-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Forzi Rivoluzzjonari u tal-Oppożizzjoni li l-Unjoni taċċetta bħala rappreżentanti leġittimi tal-poplu Sirjan u l-forniment lilhom ta' vetturi mhux għall-kumbattiment li ġew manifatturati jew mgħammra b'materjali biex jipprovdu protezzjoni ballistika, kif ukoll l-għoti lilhom ta' assistenza teknika intenzjonata għall-protezzjoni taċ-ċittadini. |
|
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2012/739/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2012/739/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 3(1) huwa b'dan emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 31 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 31 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-1 ta’ Ġunju 2013. Hija għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif meħtieġ, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BURTON