|
23.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/16 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-21 ta’ Frar 2013
li temenda d-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil fil-lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet minnhom mnejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ biltong/jerky u prodotti tal-laħam pastorizzat
(notifikata bid-dokument numru C(2013) 899)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/104/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 8(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (2) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom mnejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam u ta’ stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati, u tistipula t-trattamenti meħtieġa sabiex tikkontrolla r-riskji għas-saħħa tal-annimali assoċjati ma’ din l-introduzzjoni. |
|
(2) |
Il-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom mnejn huma awtorizzati l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ biltong/jerky u prodotti tal-laħam pastorizzat. |
|
(3) |
Ir-reġjuni tal-Brażil li minnhom hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ prodotti miksuba minn laħam ta’ annimali bovini domestiċi li għaddew minn trattament speċifiku, bħalissa huma elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. |
|
(4) |
Il-Brażil talab lill-Kummissjoni biex tawtorizza wkoll importazzjonijiet minn dawk ir-reġjuni lejn l-Unjoni ta’ biltong/jerky miksuba minn laħam ta’ annimali bovini domestiċi li jkun għadda mit-trattament speċifiku addattat. |
|
(5) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali murija lill-Kummissjoni f’dawk ir-reġjuni tal-Brażil, huwa xieraq li jiġu awtorizzati importazzjonijiet minn dawk ir-reġjuni lejn l-Unjoni ta’ biltong/jerky miksuba minn laħam ta’ annimali bovini domestiċi li jkun għadda mit-trattament speċifiku “E” jew “F” kif stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE. |
|
(6) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fil-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, din l-annotazzjoni għall-Brażil għandha tiddaħħal wara l-annotazzjoni għall-Arġentina:
|
"BR |
Il-Brażil BR-2 |
E jew F |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX" |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2013.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni