22.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 49/70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Frar 2013
li taħtar membru Franċiż u żewġ membri supplenti Franċiżi fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2013/101/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Franċiż,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Jean-Yves Le DRIAN sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
(3) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Victorin LUREL u tas-Sinjura Caroline CAYEUX saru vakanti s-siġġijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin membri fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
(a) |
bħala membru:
u |
(b) |
bħala membri supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
S. SHERLOCK
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.
(2) ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.