19.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/89/PESK

tat-18 ta’ Frar 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sal-20 ta' Frar 2014.

(3)

Madankollu, ma għadux meħtieġ li ċerti persuni u entitajiet jinżammu fil-lista ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(4)

Sabiex jiġi ffaċilitat id-djalogu bejn l-Unjoni u l-Gvern taż-Żimbabwe, is-sospensjoni tal-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta fuq iż-żewġ membri tat-tim ta' riimpenn tal-Gvern taż-Żimbabwe elenkati fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandhom jinżammu. Barra minn hekk, is-sospensjoni tal-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar għandha tiġi estiża biex tkopri sitt membri addizzjonali tal-Gvern taż-Żimbabwe.

(5)

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/101/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

L-Artikolu 10 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta' Frar 2014.

3.   Il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 4(1), safejn japplikaw għall-persuni elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-20 ta' Frar 2014.

4.   Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti u għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ntlaħqux.”.

Artikolu 2

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK huma emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6.


ANNESS

L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK huma emendati kif ġej:

(1)

Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin huma mħassra mill-Anness I

(a)

Persuni

 

Chapfika, David

 

Chigudu, Tinaye Elisha Nzirasha

 

Chipanga, Tongesai Shadreck

 

Kwenda, R.

 

Mahofa, Shuvai Ben

 

Mashava, G.

 

Moyo, Gilbert

 

Mpabanga, S.

 

Msipa, Cephas George

 

Muchono, C.

 

Mudenge, Isack Stanislaus Gorerazvo

 

Mudonhi, Columbus

 

Mugariri, Bothwell

 

Mumba, Isaac

 

Mutsvunguma, S.

 

Nkomo, John Landa

 

Nyambuya, Michael Reuben

 

Parirenyatwa, David Pagwese

 

Rangwani, Dani

 

Ruwodo, Richard

 

Zhuwao, Patrick

(b)

Entitajiet

Divine Homes (PVT) Ltd

(2)

L-entrati għall-persuni li ġejjin elenkati f'Anness I għad-Deċiżjoni 2011/101/PESK huma miżjuda mal-ANNESS II:

 

Murerwa, Herbert Muchemwa

 

Mzembi, Walter

 

Nguni, Sylvester Robert

 

Nhema, Francis Chenayimoyo Dunstan

 

Nyoni, Sithembiso Gile Glad

 

Shamu, Webster Kotiwani