|
24.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 21/36 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Jannar 2013
dwar il-valutazzjoni ta’ qafas regolatorju ta’ pajjiż terz applikabbli għal sustanzi attivi ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar skont l-Artikolu 111b tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/51/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-Kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 111b(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE jispeċifika l-aspetti li l-Kummissjoni għandha tqis b’mod partikolari fil-valutazzjoni ta’ jekk il-qafas regolatorju ta’ pajjiż terz applikabbli għal sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar jiżgurawx livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak tal-Unjoni. |
|
(2) |
Għandu jiġi stabbilit f’aktar dettall liema aspetti u dokumenti rispettivi tal-UE jitqiesu meta titwettaq valutazzjoni tal-ekwivalenza skont Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE. |
|
(3) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tispeċifika kif l-aspetti msemmija fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 111b(1) tad-Direttiva 2001/83/KE għandhom jiġu evalwati għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta’ jekk il-qafas regolatorju ta’ pajjiż terz applikabbli għal sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar jiżgurawx livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika ekwivalenti għal dak tal-Unjoni.
Artikolu 2
Għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-ekwivalenza tal-livell ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika żgurat mill-qafas regolatorju ta’ pajjiż terz applikabbli għal sustanzi attivi esportati lejn l-Unjoni u l-attivitajiet rispettivi ta’ kontroll u infurzar skont Artikolu 111b tad-Direttiva 2001/83/KE, ir-rekwiżiti stipulati fil-punti minn (a) sa (d) tal-Artikolu 111b(1) gћandhom ikunu applikati kif ġej:
|
(a) |
Fl-applikazzjoni tal-punt (a) tal-Artikolu 111b(1), il-Kummissjoni għandha tqis il-linji gwida applikabbli msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tad-Direttiva 2001/83/KE. |
|
(b) |
Fl-applikazzjoni tal-punt (b) tal-Artikolu 111b(1), il-Kummissjoni għandha tqis il-linji gwida applikabbli msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/94/KE tat-8 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxxi l-prinċipji u l-linji gwida tal-prassi ta’ manifattura tajba fir-rigward ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u prodotti mediċinali fil-fażi ta’ sperimentazzjoni għall-użu mill-bniedem (2). |
|
(c) |
Fl-applikazzjoni tal-punt (c) tal-Artikolu 111b(1), il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-riżorsi tal-ispezzjoni, il-kwalifika u t-taħriġ tal-ispetturi, il-proċeduri ta’ spezzjoni, l-istrateġiji u l-mekkaniżmi ta’ spezzjoni li jindirizzaw il-kunflitti ta’ interess, l-istandards ta’ rendiment tal-ispezzjoni, is-setgħat ta’ infurzar, il-mekkaniżmi ta’ twissija u ta’ kriżi, u l-kapaċità analitika filwaqt li tqis il-linji gwida applikabbli msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/94/KE. |
|
(d) |
Fl-applikazzjoni tal-punt (d) tal-Artikolu 111B(1), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-arranġamenti tal-pajjiż terz biex tiżgura t-twassil malajr u regolari tal-informazzjoni mill-pajjiż terz lejn l-UE fir-rigward ta’ produtturi ta’ sustanzi attivi mhux konformi. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO