|
23.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 20/65 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2013/46/PESK
tat-22 ta’ Jannar 2013
li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK. |
|
(2) |
Fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà mwaqqaf, taħt ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo aġġorna l-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi imposti taħt il-paragrafi 13 u 15 tar-Riżoluzzjoni 1596 (2005) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK għandu għalhekk jiġi aġġornat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista stabbilita fl-Anness tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
M. NOONAN
ANNESS
Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
(a) Persuni
|
Isem |
Psewdonimu |
Data tat-twelid/post tat-twelid |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni |
|
BADEGE, Eric |
|
1971 |
|
Skont rapport finali tal-15 ta’ Novembru 2012 mill-Grupp ta’ Esperti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, “… LTL. Col. Eric Badege kien sar il-punt ċentrali ta’ M23 f’Masisi u mexxa operazzjonijiet konġunti…” ma’ mexxej militari ieħor. Barra minn hekk, “serje ta’ attakki kkoordinati li saru f’Awwissu [2012] minn LTL. Col. Badege … ippermettew lill-M23 iddestabbilizza parti konsiderevoli mit-territorju tal-Masisi.”“Skont ex kombattenti, LTL Col. Badege … aġixxa skont l-ordnijiet ta’ Col. Makenga meta orkestra l-attakki. |
31.12.2012 |
|
|
|
|
|
Bħala kmandant militari tal-M23, Badege hu responsabbli għal vjolazzjonijiet serji li fil-mira għandhom it-tfal u n-nisa f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat. Skont ir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, kien hemm diversi inċidenti kbar ta’ qtil bla diskriminazzjoni ta’ ċivili, fosthom nisa u tfal. Minn Mejju 2012 Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta’ ċivili f’serje ta’ attakki kkoordinati. F’Awwissu, Badege wettaq attakki konġunti li involvew il-qtil bla diskriminazzjoni ta’ ċivili. Ir-rapport ta’ Novembru tal-Grupp ta’ Esperti jiddikjara li dawn l-attakki ġew orkestrati b’mod konġunt ma’ Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques. Skont ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti, mexxejja lokali minn Masisi ddikjaraw li Badege ikkmanda dawn l-attakki tar-Raia Mutomboki fuq l-art. |
|
|
|
|
|
|
Skont artikolu tar-Radju Okapi tat-28 ta’ Lulju 2012, “l-amministratur ta’ Masisi ħabbar dan is-Sibt, 28 ta’ Lulju, l-abbandun tal-kmandant tat-Tieni Battaljun tal-410 Reġiment tal-bażi FARDC Nabiondo, daqs tletin kilometru Majjistral ta’ Goma fit-Tramuntana ta’ Kivu. Skont dan, il-Kurunell Eric Badege u iktar minn mitt suldat nhar il-Ġimgħa mxew lejn Rubay, 80 kilometru Tramuntana ta’ Nabiondo. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermanta minn diversi sorsi.” Skont artikolu tal-BBC tat-23 ta’ Novembru 2012, l-M23 ġie iffurmat meta ex membri tas-CNDP li kienu integrati fl-FARDC bdew jipprotestaw kontra l-ħlas u l-kundizzjonijiet ħżiena, u n-nuqqas ta’ implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta’ paċi tat-23 ta’ Marzu 2009 bejn is-CNDP u d-DRC li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC. |
|
|
|
|
|
|
L-M23 huwa involut f’operazzjonijiet militari attvi sabiex jikseb kontroll ta’ territorju fil-Lvant tad-DRC, skont ir-rapport tal-IPIS ta’ Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu fuq il-kontroll ta’ diversi bliet u rħula fil-Lvant tad-DRC fl-24 u l-25 ta’ Lulju 2012; L-M23 attakka l-FARDC f’Rumangabo fis-26 ta’ Lulju 2012; L-M23 keċċa lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta’ Novembru 2012; u l-M23 ħadu l-kontroll ta’ Goma fl-20 ta’ Novembru 2012. Skont ir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, diversi ex kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu għexieren ta’ tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ntgħażlu bħala suldati tfal tal-M23. |
|
|
|
|
|
|
Skont rapport tal-11 ta’ Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel ta’ 18-il sena mir-Rwanda, li ħarab wara li ġie reklutat b’mod infurzat qal lill-HRW li ra l-eżekuzzjoni ta’ tifel ta’ 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li pprova jaħrab. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem rekluti oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu sussegwentement allegatament qal lir-rekluti l-oħra “[h]uwa riedjabbandunana,” bħala spjegazzjoni għala t-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 reklut ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu meta ppruvaw jaħarbu. Uħud intrabtu u sparawlhom quddiem rekluti oħra bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Reklut żagħżugħ ieħor qal lill-HRW, “[m]eta konna mal-M23, qalulna [li kelna għażla] u li stajna nogħqodu magħhom jew stajna nmutu. Bosta persuni ppruvaw jaħarbu. Uħud instabu u immedjatament dik kienet mewthom.” |
|
|
RUNIGA, Jean-Marie Lugerero |
|
Bejn wieħed u ieħor 1960 |
|
Dokument tad-9 ta’ Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-qasam politiku tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta’ Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23. Runiga hu msemmi bħala l-‘President’ tal-M23 f’entrati fis-sit tal-grupp. Ir-rwol mexxej tiegħu huwa kkorraborat mir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-‘mexxej tal-M23’. |
31.12.2012 |
|
|
|
|
|
Skont artikolu tat-13 ta’ Diċembru 2012 tal-Associated Press, Runiga wera lill-Associated Press lista ta’ talbiet li hu qal ser jiġu ppreżentati lill-gvern tal-Kongo. Inklużi fit-talbiet huma r-riżenja ta’ Kabila u x-xoljiment tal-assemblea nazzjonali. Runiga indika li jekk jingħata l-opportunità, l-M23 jista’ jerġa’ jieħu Goma. “U f’dan il-waqt mhux se nirtiraw,” qal Runiga lill-Associated Press. Huwa indika wkoll li l-fergħa politika tal-M23 għandha tkompli bil-kontroll tagħha ta’ Goma bħala prekondizzjoni għan-negozjati. “Naħseb li l-membri tagħna li jinsabu f’Kampala jirrappreżentawna. Maż-żmien jien ser inkun hemmhekk ukoll. Qed nistenna li kollox jiġi organizzat u meta Kabila jkun hemm, jien immur hemm ukoll,” qal Runiga. |
|
|
|
|
|
|
Skont artikolu f’Le Figaro tas-26 ta’ Novembru 2012, Runiga ltaqa’ mal-President tar-RDK Kabila fl-24 ta’ Novembru 2012 biex jibda diskussjonijiet. Separatament, f’intervista ma’ Le Figaro, Runiga stqarr, “l-M23 hija komposta primarjament minn eks-membri militari tal-FARDC li telqu biex jipprotestaw kontra n-nuqqas ta’ osservanza tal-patti tat-23 ta’ Marzu 2009.” Huwa kompla, “is-suldati tal-M23 huma diżerturi mill-armata li telqu bl-armi tagħhom f’idejhom. Reċentement, aħna rkuprajna ħafna tagħmir minn bażi militari fi Bunagana. Għal issa, dan jippermettielna li kull jum nieħdu lura t-territorju u li nimbuttaw lura l-attakki kollha mill-FARDC...Ir-rivoluzzjoni tagħna hija Kongoliża, immexxjia mill-Kongoliżi, għall-poplu Kongoliż.” Skont artikolu ta’ Reuters tat-22 ta’ Novembru 2012, Runiga stqarr li l-M23 kellu l-kapaċità li jżomm Goma wara li l-forzi tal-M23 ġew imsaħħa minn suldati Kongoliżi li rribellaw tal-FARDC: “L-ewwel nett għandna armata dixxiplinata, u għandna wkoll is-suldati tal-FARDC li ngħaqdu magħna. Dawn huma ħutna, ser jitħarrġu mill-ġdid u jiġu riabilitati, imbagħad ser naħdmu magħhom.” |
|
|
|
|
|
|
Skont artikolu tas-27 ta’ Novembru 2012 ippubblikat f’The Guardian, Runiga indika li l-M23 ser jirrifjuta li jobdi appell minn mexxejja reġjonali tal-Konferenza Internazzjonali tal-Lagi l-Kbar li jitilqu minn Goma sabiex iħejju t-triq għal taħdidiet ta’ paċi. Minflok, Runiga stqarr li l-irtirar tal-M23 minn Goma jkun ir-riżultat, mhux prekondizzjoni, ta’ negozjati. Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, Uganda fid-29 ta’ Lulju 2012 u ffinalizzat l-aġenda ta’ 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati previsti fil-Konferenza Internazzjonali tal-Lagi l-Kbar. Skont artikolu tat-23 ta’ Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta eks-membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta’ paċi tat-23 ta’ Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC. |
|
|
|
|
|
|
L-M23 huwa involut f’operazzjonijiet militari attivi biex jittieħed kontroll ta’ territorju fir-RDK tal-lvant, skont ir-rapport tal-IPIS ta’ Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu fuq il-kontroll ta’ diversi bliet u rħula fir-RDK tal-lvant fl-24 ta’ Lulju u l-25 ta’ Lulju 2012; L-M23 attakka lill-FARDC f’Rumangabo fis-26 ta’ Lulju 2012; L-M23 keċċa lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta’ Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta’ Goma fl-20 ta’ Novembru 2012. Skont ir-rapport ta’ Novembru 2012 tal-Grupp ta’ Esperti, diversi eks-kumbattenti tal-M23 jallegaw li mexxejja tal-M23 iġġustizzjaw b’mod sommarju għexieren ta’ tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew reklutati bħala suldati tfal tal-M23. |
|
|
|
|
|
|
Skont rapport tal-11 ta’ Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta’ 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta’ tifel ta’ 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f’Ġunju. It-tifel ġie maqbud u msawwat għall-mewt minn ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħrajn. Kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħrajn “[h]uwa ried jabbandunana,” bħala spjegazzjoni għar-raġuni tal-qtil tat-tifel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li xhieda allegaw li tal-inqas 33 rekluti ġodda u ġellieda oħrajn tal-M23 ġew iġġustizzjati b’mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, “[m]eta konna fl-M23, qalu [kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħid instabu u mbagħad dik kienet immedjatament il-mewt tagħhom”. |
|
(b) Entitajiet
|
Isem |
Psewdonimu |
Data tat-twelid/post tat-twelid |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni |
|
Forces Democratiques De Liberation Du Rwanda (FDLR) |
Forces Democratiques De Liberation Du Rwanda FDLR. Force Combattante Abacunguzi FOCA Combatant Force for the Liberation of Rwanda |
|
Fdlr@fmx.de fldrrse@yahoo.fr fdlr@gmx.net Lokalità: Kivu tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar, RDK |
Il-Forces Democratiques De Liberation Du Rwanda (FDLR) huma wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u kif deskritt hawn taħt, wettaq vjolazzjonijiet serji tad-dritt internazzjonali li jinvolvu sparar fuq nisa u tfal f’konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil, l-immankar, il-vjolenza sesswali u l-ispostament furzat. Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-RDK, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta’ sitta u disgħin persuna ċivili f’Busurguni, territorju ta’ Walikali. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f’darhom. |
31.12.2012 |
|
|
|
|
|
Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fir-RDK, f’Ġunju 2010, ċentru mediku NGO irrapporta madwar sittin każ kull xahar ta’ tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta’ Lubero, minn gruppi armati ta’ Kivu tat-Tramuntana inklużi l-FDLR. Skont rapport tal-20 ta’ Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li l-FDLR attivament kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta’ 18-il sena, uħud saħansitra ta’ 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR. |
|
|
|
|
|
|
F’Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kumbattenti tal-FDLR attakkaw għadd ta’ rħula fit-territorju ta’ Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna li għadu mhux magħruf fejn qiegħdin. Skont rapport ta’ Ġunju 2012 mill-HRW, f’Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f’Kamananga u Lumenje, fil-provinċja ta’ Kivu tan-Nofsinhar, kif ukoll f’Chambucha, territorju ta’ Walikale, u rħula fiż-żona ta’ Ufumandu tat-territorju ta’ Masisi, provinċja ta’ Kivu tat-Tramuntana. F’dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b’machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta’ persuni ċivili, inklużi ħafna tfal. |
|
|
|
|
|
|
Skont ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Ġunju 2012, il-FDLR attakka diversi rħula f’Kivu tan-nofsinhar mill-31 ta’ Diċembru 2011 sal-4 ta’ Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inklużi 9 tfal u 6 nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom, matul l-attakk. Barra minn hekk, mara u tifla ġew stuprati Ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakraw tal-inqas 14-il persuna ċivili, inklużi 5 nisa u 5 tfal f’Kivu tan-Nofsinhar f’Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Novembru 2012, in-NU iddokumentaw tal-inqas 106 inċidenti ta’ vjolenza sesswali mwettqin mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, il-FDLR stupraw seba’ nisa fil-lejl tal-10 ta’ Marzu 2012, inkluża minuri, f’Kalinganya, fit-territorju ta’ Kabare. Il-FDLR reġgħu attakkaw ir-raħal fl-10 ta’ April 2012 u stupraw tlieta minn nisa għat-tieni darba. Ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Novembru 2012 jirrapporta wkoll il-qtil ta’ 11-il persuna mill-FDLR f’Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta’ April 2012, u l-involviment tal-FDLR fi qtil ta’ 19-il persuna oħra fit-territorju ta’ Masisi, inklużi ħames minuri u sitt nisa, f’Mejju. |
|
|
M23 |
|
|
|
Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) li rċieva armi u materjal relatat fit-territorju tar-RDK, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma’ attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta’ xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta’ armi u munizzjon barra minn sostenn ta’ materjal għal operazzjonijiet ta’ ġlied. |
31.12.2012 |
|
|
|
|
|
L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq vjolazzjonijiet serji tad-dritt internazzjonali li jinvolvu sparar fuq nisa u tfal f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali u l-ispostament furzat. Skont ħafna rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta’ massakri ta’ persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta’ nisa u tfal f’diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta’ nisa u tfajliet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta’ vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta’ reklutaġġ furzat ta’ tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta’ 146 żagħżugħ u tifel unikament fit-territorju ta’ Rutshuru fir-RDK tal-lvant minn Lulju 2012. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. |
|
|
|
|
|
|
L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta’ reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b’mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f’xi każi, kisru d-dritt internazzjonali. |
|