23.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/45/PESK

tat-22 ta’ Jannar 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1).

(2)

Fir-rigward tal-persuni elenkati fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK, sabiex jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta' fondi miżapproprjati lill-Istat Libjan, id-derogi previsti fid-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandhom jiġu emendati biex ikun permess ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati fejn dawn ikunu meħtieġa biex jissodisfaw deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja inforzabbli fi Stat Membru, qabel jew wara d-data tan-nomina tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati.

(3)

Il-Kunsill jikkunsidra li ma għadx hemm raġunijiet għaż-żamma ta' entità waħda fil-lista li tinsab fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

(4)

L-entrata għal persuna waħda għandha titneħħa mil-listi li jinsabu fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK u għandha tiġi inkluża fil-listi li jinsabu fl-Annessi I u III għal dik id-Deċiżjoni.

(5)

L-informazzjoni relatata ma' ċerti individwi elenkati fl-Annessi I, II, III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi aġġornata.

(6)

L-Annessi I, II, III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandhom għalhekk jiġu emendati kif adatt,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 6, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5b.   Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV, u b'deroga mill-paragrafu 1(b), l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrarja meħuda qabel id-data meta l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fil-paragrafu 1(b) ġie elenkat fl-Anness IV jew id-data ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja inforzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jissodisfaw pretensjonijiet magħmula bis-saħħa ta' tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stipulati fil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li għandhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni mhix għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Annessi II u IV; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta' dan il-paragrafu.";

(2)

Fl-Artikolu 6(6), jiddaħħal il-punt li ġej:

“(c)

pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrarji li jittieħdu fl-Unjoni jew li jkunu inforzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV;”;

(3)

L-Annessi I, II, III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huma emendati kif jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

M. NOONAN


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


ANNESS

L-Annessi I, II, III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I:

(a)

l-entrati 1, 4, 5, 7 sa 15 u 18 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Numru tal-Passaport: B010574. Data tat-twelid: 1.7.1950.

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Status/Post preżunt: f'ħabs fit-Tuneżija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011."

"4.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms, il-Libja.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u fi vjolenza.

Status/Post preżunt: Mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011."

"7.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

8.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-Passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

9.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

11.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbilità għall-ordni tar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

12.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

13.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-Passaport: a) 014797. b) 524521. Data tat-twelid: a) 27.5.1973. b) 01.01.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: in-Niġer.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

14.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

15.

QADHAFI, Saif al-Islam

Numru tal-Passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jinkoraġġixxu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Status/Post preżunt: f'kustodja fil-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011."

"18.

AL KUNI, Kurunell Amid Husain

Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

Status/Post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011.";

(b)

tiżdied l-entrata li ġejja:

"19.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja.

Ilha miżżewġa lil Muammar QADHAFI mill-1970. Ġid personali sinifikanti, li jista' jintuża għall-finijiet tar-reġim. Oħtha Fatima FARKASH hija miżżewġa lil ABDALLAH SANUSSI, kap tal-intelligence militari Libjana.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.6.2011."

(2)

Fl-Anness II, l-entrata 7 (AL-BARASSI, Safia Farkash) hija mħassra.

(3)

Fl-Anness III:

(a)

l-entrati 1 sa 6 u 8 sa 12 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"1.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-Passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbilità għall-ordni tar-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAFI, Saif al-Islam

Numru tal-Passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jinkoraġġixxu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Status/Post preżunt: f'kustodja fil-Libja.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011."

"8.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

9.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms, il-Libja.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u fi vjolenza.

Status/Post preżunt: Mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

11.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-Passaport: a) 014797. b) 524521. Data tat-twelid: a) 27.5.1973. b) 01.01.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-repressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Status/Post preżunt: in-Niġer.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

12.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Qrubija ta' assoċjazzjoni mar-reġim.

Status/Post preżunt: mejjet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.";

(b)

tiżdied l-entrata li ġejja:

"14.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja.

Ilha miżżewġa lil Muammar QADHAFI mill-1970. Ġid personali sinifikanti, li jista' jintuża għall-finijiet tar-reġim. Oħtha Fatima FARKASH hija miżżewġa lil ABDALLAH SANUSSI, kap tal-intelligence militari Libjana.

Status/Post preżunt: l-Alġerija.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 24.6.2011."

(4)

Fl-Anness IV:

(a)

taħt "Persuni", l-entrati 6 u 26 huma sostitwiti b'dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġuni

Data tal-elenkar

6.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji.

Numru tal-Passaport: B010574. Data tat-twelid: 1.7.1950.

Status/Post preżunt: f'ħabs fit-Tuneżija.

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

26.

AL KUNI, Kurunell Amid Husain

Status/Post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja

Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

12.4.2011

(b)

taħt "Persuni", l-entrata 10 (AL-BARASSI, Safia Farkash) hija mħassra;

(c)

taħt "Entitajiet", l-entrata 50 (Organizzazzjoni għall-Iżvilupp ta' Ċentri Amministrattivi (ODAC)) hija mħassra.