19.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 16/16


DEĊIZJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Jannar 2013

li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu

(2013/37/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Anness III tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3), l-ewwel u r-raba’ subparagrafu, tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness mat-Trattati jipprevedu li, sal-31 ta’ Ottubru 2014, meta għandu jiġi adottat att mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, u jekk membru tal-Kunsill hekk jitlob, għandu jiġi vverifikat li l-Istati Membri li jikkostitwixxu din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni

(2)

Dak il-persentaġġ jiġi kkalkolat konformement maċ-ċifri tal-popolazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tal-Anness III mar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (minn hawn ’il quddiem “ir-Regoli ta’ Proċedura”).

(3)

L-Artikolu 2(2) tal-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura jipprevedi li, b’effett mill-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Kunsill, konformement mad-data li jkunu disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea fit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ qabel, għandu jemenda ċ-ċifri stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ dak l-Anness.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu emendati għas-sena 2013,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tal-Anness III għar-Regoli ta’ Proċedura għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 16(5) tat-TUE u tal-Artikolu 3(3) u (4) tal-Protokoll (Nru 36) dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness għat-Trattati, il-popolazzjoni totali ta’ kull Stat Membru għall-perijodu kompriż bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013, għandha tkun kif ġej:

Stat Membru

Popolazzjoni

(× 1 000 )

Ġermanja

81 843,7

Franza

65 397,9

Renju Unit

62 989,6

Italja

60 820,8

Spanja

46 196,3

Polonja

38 538,4

Rumanija

21 355,8

Pajjiżi l-Baxxi

16 730,3

Greċja

11 290,9

Belġju

11 041,3

Portugall

10 541,8

Repubblika Ċeka

10 505,4

Ungerija

9 957,7

Svezja

9 482,9

Awstrija

8 443,0

Bulgarija

7 327,2

Danimarka

5 580,5

Slovakkja

5 404,3

Finlandja

5 401,3

Irlanda

4 582,8

Litwanja

3 007,8

Slovenja

2 055,5

Latvja

2 041,8

Estonja

1 339,7

Ċipru

862,0

Lussemburgu

524,9

Malta

416,1

Total

503 679,7

Livell minimu (62 %)

312 281,4 ”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2013.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/UE tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).