18.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 14/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Diċembru 2012
li taħtar erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
(2013/33/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 65(1) u 65(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-lista tal-kandidati mħejjija mill-Kummissjoni fit-8 ta' Awwissu 2012,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Nikolaos DEDES, imwieled fil-15 ta' Diċembru 1966, Christophe HUGNET, imwieled fl-1 ta' Frar 1971, Wolf-Dieter LUDWIG, imwieled fil-31 ta' Jannar 1952, u Wim WIENTJES, imwieled fis-16 ta' Settembru 1937 huma b'dan maħtura bħala membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għal perijodu ta' tliet snin.
Artikolu 2
Id-data li fiha jibda l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 1 għandha tkun determinata mill-Bord ta' Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
E. FLOURENTZOU
(1) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.