26.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/370


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Novembru 2012

li tadotta t-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan

(notifikata bid-dokument numru C(2012) 8167)

(2013/25/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan imsemmi fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul mill-arċipelagi tal-Ażores u l-Madejra (il-Portugall) u l-Gżejjer Kanarji (Spanja) fl-Oċean Atlantiku, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva, minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Kumitat dwar il-Ħabitats”.

(2)

Fil-kuntest ta’ proċess li nbeda fl-1995 jeħtieġ li jsir aktar progress fit-twaqqif reali tan-netwerk Natura 2000, li huwa element essenzjali tal-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni.

(3)

Il-lista inizjali u l-ewwel żewġ listi aġġornati tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġew adottati bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2002/11/KE (2), 2008/95/KE (3) u 2009/1001/UE (4). Abbażi tal-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnomina s-siti inklużi fil-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan bħala żoni speċjali ta' konservazzjoni malajr kemm jista' jkun u f'perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin, waqt li jistabbilixxi prijoritajiet ta' konservazzjoni u l-miżuri ta' konservazzjoni meħtieġa.

(4)

Il-listi tas-siti ta’ importanza Komunitarja jiġu riveduti fil-kuntest ta’ adattament dinamiku tan-netwerk Natura 2000. Għalhekk huwa meħtieġ aġġornament tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan.

(5)

Min-naħa l-waħda, l-aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan huwa meħtieġ sabiex jiġu inklużi s-siti addizzjonali li ġew proposti mill-Istati Membri mill-2010 sal-lum bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għal dawn is-siti addizzjonali, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom japplikaw malajr kemm jista’ jkun u f'perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Min-naħa l-oħra, l-aġġornament tal-lista tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan huwa meħtieġ sabiex jirrifletti kwalunkwe bidla fit-tagħrif li għandu x’jaqsam mas-siti mressqa mill-Istati Membri wara l-adozzjoni tal-lista inizjali u tal-ewwel żewġ listi aġġornati tal-Unjoni. F'dak is-sens, il-lista aġġornata tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan tikkostitwixxi verżjoni kkonsolidata tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan. Madankollu, wieħed għandu jenfasizza li għal kwalunkwe sit inkluż fid-Deċiżjoni, l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 4(4) u 6(1) tad-Direttiva 92/43/KEE għandhom japplikaw malajr kemm jista’ jkun u f'perjodu li ma jaqbiżx is-sitt snin mill-adozzjoni tal-lista tas-siti ta' importanza Komunitarja li fiha s-sit ikun iddaħħal għall-ewwel darba.

(7)

Għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan, il-listi tas-siti proposti bħala siti ta’ importanza Komunitarja skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE ntbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri kkonċernati bejn Novembru 1997 u Ottubru 2011, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

(8)

Il-listi tas-siti proposti kienu akkumpanjati b'informazzjoni dwar kull sit, forniti fil-format stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/266/KE tat-18 ta' Diċembru 1996 rigward format ta' informazzjoni dwar siti, għas-siti proposti f’Natura 2000 (5)

(9)

Dak it-tagħrif jinkludi l-mappa tas-sit li ntbagħtet mill-Istati Membri kkonċernati, l-isem, il-post u l-firxa tas-sit, u d-dejta li nġabret bl-applikazzjoni tal-kriterji speċifikati fl-Anness III tad-Direttiva 92/43/KEE.

(10)

Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi qbil ma' kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta' ħabitats naturali ta' prijorità jew speċijiet ta' prijorità, għandha tiġi adottata lista aġġornata ta' siti magħżulin bħala siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan.

(11)

L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa tagħrif disponibbli bħalissa.

(12)

Uħud mill-Istati Membri ma pproponewx biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Għalhekk, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet, ma jistax jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut. Meta wieħed iqis id-dewmien biex jasal it-tagħrif u jintlaħaq qbil mal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi adottata lista aġġornata tas-siti, li se jkun meħtieġ li tiġi riveduta skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(13)

Ladarba l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ xi wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali tal-Anness I u tal-ispeċijiet tal-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut, la għandu jiġi konkluż li n-netwerk Natura 2000 huwa komplut u lanqas li mhuwiex. Il-lista għandha tiġi riveduta, jekk ikun meħtieġ, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 92/43/KEE.

(14)

Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, id-Deċiżjoni 2009/1001/UE għandha tiġi rrevokata.

(15)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tielet lista aġġornata tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 92/43/KEE hija stipulata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2009/1001/UE hija b’dan revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  ĠU L 5, 9.1.2002, p. 16.

(3)  ĠU L 31, 5.2.2008, p. 39.

(4)  ĠU L 344, 23.12.2009, p. 46.

(5)  ĠU L 107, 24.4.1997, p. 1.


ANNESS

It-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Makaroneżjan

Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat mit-tagħrif mogħti fil-format tan-Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Dan it-tagħrif intbagħat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti t-tagħrif li ġej:

A

:

kodiċi tas-SIK b’disa’ karattri, fejn l-ewwel tnejn jindikaw il-kodiċi ISO tal-Istat membru;

B

:

isem is-SIK;

C

:

*= il-preżenza fis-SIK ta’ mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali wieħed u / jew speċi waħda ta’ prijorità skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

D

:

is-superfiċje tas-SIK f’ettari jew it-tul tas-SIK f’km;

E

:

il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali.

It-tagħrif kollu mogħti fil-lista tal-Unjoni ta’ hawn taħt huwa bbażat fuq id-dejta proposta, mibgħuta u vvalidata minn Spanja u l-Portugall.

A

B

C

D

E

Kodiċi tas-SIK

Isem is-SIK

*

Superfiċje tas-SIK

(ha)

Tul tas-SIK

(km)

Koordinati ġeografiċi tas-SIK

 

 

 

 

 

Lonġitudni

Latitudni

ES0000041

Ojeda, Inagua y Pajonales

*

3 527,6

 

– 15,6947

27,9372

ES0000043

Caldera de Taburiente

*

4 354,7

 

– 17,8678

28,7264

ES0000044

Garajonay

*

3 785,4

 

– 17,2500

28,1203

ES0000096

Pozo Negro

*

9 995

 

– 13,9667

28,2667

ES0000102

Garoé

*

1 124

 

– 17,9411

27,7864

ES0000108

Los Órganos

*

149,7

 

– 17,2667

28,2167

ES0000111

Tamadaba

*

7 448,7

 

– 15,7236

28,0228

ES0000112

Juncalillo del Sur

 

186,3

 

– 15,4769

27,7953

ES0000113

Macizo de Tauro

*

1 244,1

 

– 15,6994

27,9078

ES0000141

Parque Nacional de Timanfaya

 

5 180,7

 

– 13,7694

29,0139

ES7010002

Barranco Oscuro

*

33,4

 

– 15,5908

28,0631

ES7010003

El Brezal

*

109,1

 

– 15,6003

28,1081

ES7010004

Azuaje

*

456,3

 

– 15,5686

28,0944

ES7010005

Los Tilos de Moya

*

89

 

– 15,5917

28,0864

ES7010006

Los Marteles

*

2 803,7

 

– 15,5333

27,9589

ES7010007

Las Dunas de Maspalomas

*

360

 

– 15,5839

27,7386

ES7010008

Güigüí

*

2 897,7

 

– 15,8131

27,9500

ES7010010

Pilancones

*

5 781,6

 

– 15,6369

27,8594

ES7010011

Amagro

*

487,6

 

– 15,6756

28,1264

ES7010012

Bandama

 

592,9

 

– 15,4492

28,0325

ES7010014

Cueva de Lobos

*

7 027,5

 

– 14,2556

28,3028

ES7010016

Área marina de La Isleta

*

8 562

 

– 15,4525

28,1736

ES7010017

Franja marina de Mogán

*

29 993

 

– 15,5531

27,7581

ES7010018

Riscos de Tirajana

*

749,6

 

– 15,5753

27,9525

ES7010019

Roque de Nublo

*

446,4

 

– 15,6156

27,9628

ES7010020

Sebadales de La Graciosa

 

1 192

 

– 13,5036

29,2222

ES7010021

Sebadales de Guasimeta

 

1 276

 

– 13,5972

28,9300

ES7010022

Sebadales de Corralejo

*

1 946,6

 

– 13,8306

28,7164

ES7010023

Malpaís de la Arena

 

849,8

 

– 13,9167

28,6333

ES7010024

Vega de Río Palmas

*

365,7

 

– 14,0644

28,4036

ES7010025

Fataga

*

2 725,9

 

– 15,5778

27,9017

ES7010027

Jinámar

*

30,7

 

– 15,4275

28,0342

ES7010028

Tufia

*

51,3

 

– 15,3786

27,9619

ES7010031

Islote de Lobos

*

452,7

 

– 13,8233

28,7461

ES7010032

Corralejo

*

2 689,3

 

– 13,8500

28,6789

ES7010033

Jandía

*

14 972,5

 

– 14,3514

28,0975

ES7010034

Montaña Cardón

*

1 233,6

 

– 14,1569

28,2558

ES7010035

Playa de Sotavento de Jandía

*

5 461,1

 

– 14,2111

28,1583

ES7010036

Punta del Mármol

*

29,9

 

– 15,6153

28,1492

ES7010037

Bahía del Confital

 

634,2

 

– 15,4542

28,1444

ES7010038

Barranco de La Virgen

*

559,4

 

– 15,5931

28,0492

ES7010039

El Nublo II

*

13 956

 

– 15,6689

27,9617

ES7010040

Hoya del Gamonal

*

627,3

 

– 15,5756

27,9831

ES7010041

Barranco de Guayadeque

*

709,4

 

– 15,4619

27,9244

ES7010042

La Playa del Matorral

*

95,58

 

– 14,3261

28,0347

ES7010044

Los Islotes

 

151,2

 

– 13,5325

29,2978

ES7010045

Archipiélago Chinijo

*

8 865,3

 

– 13,5683

29,1011

ES7010046

Los Volcanes

 

9 986,1

 

– 13,7394

29,0486

ES7010047

La Corona

*

2 602,4

 

– 13,4386

29,1781

ES7010048

Bahía de Gando

*

477,7

 

– 15,3758

27,9250

ES7010049

Arinaga

*

92,4

 

– 15,3906

27,8664

ES7010052

Punta de la Sal

*

136

 

– 15,3914

27,8797

ES7010053

Playa del Cabrón

 

956,2

 

– 15,3917

27,8547

ES7010054

Los Jameos

 

234,7

 

– 13,4331

29,1542

ES7010055

Amurga

*

5 341,2

 

– 15,5350

27,8431

ES7010056

Sebadales de Playa del Inglés

*

2 721,5

 

– 15,5500

27,7556

ES7010062

Betancuria

*

3 328,8

 

– 14,3514

28,0975

ES7010063

Nublo

*

7 107,5

 

– 15,7589

27,8939

ES7010064

Ancones-Sice

 

223,3

 

– 14,0739

28,3192

ES7010065

Malpaís del Cuchillo

 

55,4

 

– 13,6783

29,0978

ES7010066

Costa de Sardina del Norte

 

1 426,5

 

– 15,7075

28,1367

ES7011001

Los Risquetes

 

9,1

 

– 13,6500

29,1083

ES7011002

Cagafrecho

 

633,1

 

– 13,6667

28,9167

ES7011003

Pino Santo

 

1 564,8

 

– 15,4719

28,0528

ES7011004

Macizo de Tauro II

 

5 117,6

 

– 15,6889

27,8258

ES7011005

Sebadales de Güigüí

*

7 219,74

 

– 15,8706

27,9522

ES7020001

Mencáfete

*

454,6

 

– 18,0786

27,7306

ES7020002

Roques de Salmor

 

3,5

 

– 17,9944

27,8231

ES7020003

Tibataje

*

592,7

 

– 18,0000

27,7750

ES7020004

Risco de Las Playas

*

966,9

 

– 17,9633

27,7100

ES7020006

Timijiraque

*

375,1

 

– 17,9203

27,7731

ES7020008

Pinar de Garafía

*

1 027,5

 

– 17,8794

28,7792

ES7020009

Guelguén

*

1 062,4

 

– 17,8717

28,8200

ES7020010

Las Nieves

*

5 114,6

 

– 17,8181

28,7500

ES7020011

Cumbre Vieja

*

7 522,1

 

– 17,8489

28,5864

ES7020012

Montaña de Azufre

 

75,8

 

– 17,7703

28,5606

ES7020014

Risco de la Concepción

*

65,7

 

– 17,7747

28,6789

ES7020015

Costa de Hiscaguán

 

249,9

 

– 17,9661

28,8108

ES7020016

Barranco del Jorado

 

98,2

 

– 17,9600

28,7017

ES7020017

Franja marina Teno-Rasca

*

69 500

 

– 16,8953

28,2722

ES7020018

Tubo volcánico de Todoque

 

1,7

 

– 17,8900

28,6003

ES7020020

Tablado

*

223,6

 

– 17,8831

28,8069

ES7020021

Barranco de las Angustias

*

1 699

 

– 17,9025

28,6919

ES7020022

Tamanca

*

2 073,1

 

– 17,8778

28,5700

ES7020024

Juan Mayor

*

28,3

 

– 17,7792

28,6844

ES7020025

Barranco del Agua

*

74,2

 

– 17,7414

28,7222

ES7020026

La Caldereta

*

18

 

– 18,0114

27,7411

ES7020028

Benchijigua

*

483,2

 

– 17,2253

28,1008

ES7020029

Puntallana

*

285,7

 

– 17,1153

28,1247

ES7020030

Majona

*

1 975,7

 

– 17,1569

28,1389

ES7020032

Roque Cano

*

57,1

 

– 17,2561

28,1803

ES7020033

Roque Blanco

*

29,8

 

– 17,2394

28,1656

ES7020034

La Fortaleza

*

53,1

 

– 17,2736

28,0981

ES7020035

Barranco del Cabrito

*

1 160,4

 

– 17,1642

28,0814

ES7020037

Lomo del Carretón

*

248,5

 

– 17,3194

28,1428

ES7020039

Orone

*

1 706,6

 

– 17,2642

28,0889

ES7020041

Charco del Conde

 

9,2

 

– 17,3358

28,0856

ES7020042

Charco de Cieno

*

5,2

 

– 17,3439

28,0983

ES7020043

Parque Nacional del Teide

*

18 993,1

 

– 16,6167

28,2344

ES7020044

Ijuana

*

901,8

 

– 16,1342

28,5572

ES7020045

Pijaral

*

295,7

 

– 16,1817

28,5583

ES7020046

Los Roques de Anaga

*

9,8

 

– 16,1586

28,5914

ES7020047

Pinoleris

*

178,4

 

– 16,4883

28,3828

ES7020048

Malpaís de Güímar

*

286

 

– 16,3681

28,3050

ES7020049

Montaña Roja

*

163,96

 

– 16,5464

28,0297

ES7020050

Malpaís de la Rasca

 

312,7

 

– 16,6931

28,0061

ES7020051

Barranco del Infierno

*

1 824,1

 

– 16,7111

28,1214

ES7020052

Chinyero

*

2 380

 

– 16,7839

28,2978

ES7020053

Las Palomas

*

582,7

 

– 16,4578

28,3975

ES7020054

Corona Forestal

*

41 067,7

 

– 16,6186

28,1831

ES7020055

Barranco de Fasnia y Güímar

*

151,1

 

– 16,4511

28,2553

ES7020056

Montaña Centinela

 

130,7

 

– 16,4586

28,1531

ES7020057

Mar de Las Calmas

*

9 898,4

 

– 18,0658

27,6475

ES7020058

Montañas de Ifara y Los Riscos

 

284,9

 

– 16,5342

28,0797

ES7020061

Roque de Jama

*

92,5

 

– 16,6436

28,0900

ES7020064

Los Sables

*

3,1

 

– 17,9167

28,8033

ES7020065

Montaña de Tejina

*

167,7

 

– 16,7544

28,1875

ES7020066

Roque de Garachico

 

3,04

 

– 16,7606

28,3781

ES7020068

La Rambla de Castro

*

45

 

– 16,5875

28,3961

ES7020069

Las Lagunetas

*

3 568,3

 

– 16,4106

28,4225

ES7020070

Barranco de Erques

*

262,7

 

– 16,7847

28,1583

ES7020071

Montaña de la Centinela

*

15

 

– 17,7667

28,5417

ES7020072

Montaña de la Breña

*

26,1

 

– 17,7917

28,6236

ES7020073

Los Acantilados de la Culata

*

440,9

 

– 16,7622

28,3658

ES7020074

Los Campeches, Tigaiga y Ruiz

*

543,5

 

– 16,6106

28,3531

ES7020075

La Resbala

*

590,6

 

– 16,4800

28,3719

ES7020076

Riscos de Bajamar

*

26

 

– 17,7764

28,6667

ES7020077

Acantilado de la Hondura

 

32,5

 

– 16,4222

28,1981

ES7020078

Tabaibal del Porís

 

47,5

 

– 16,4289

28,1706

ES7020081

Interián

*

100,2

 

– 16,7892

28,3622

ES7020082

Barranco de Ruiz

*

95,3

 

– 16,6253

28,3808

ES7020084

Barlovento, Garafía, El Paso y Tijarafe

*

5 561,7

 

– 17,9569

28,7703

ES7020085

El Paso y Santa Cruz de La Palma

*

1 390,5

 

– 17,8583

28,6744

ES7020086

Santa Cruz de La Palma

*

216

 

– 17,8172

28,6869

ES7020087

Breña Alta

*

60,8

 

– 17,8186

28,6203

ES7020088

Sabinar de Puntallana

*

14,1

 

– 17,7417

28,7333

ES7020089

Sabinar de La Galga

*

81

 

– 17,7667

28,7667

ES7020090

Monteverde de Don Pedro-Juan Adalid

*

483,1

 

– 17,9111

28,8250

ES7020091

Monteverde de Gallegos-Franceses

*

1 408,6

 

– 17,8333

28,8167

ES7020092

Monteverde de Lomo Grande

*

494,9

 

– 17,8033

28,7903

ES7020093

Monteverde de Barranco Seco-Barranco del Agua

*

1 939,1

 

– 17,7861

28,7417

ES7020094

Monteverde de Breña Alta

*

823,2

 

– 17,8083

28,6667

ES7020095

Anaga

*

10 340,6

 

– 16,2242

28,5364

ES7020096

Teno

*

6 119,7

 

– 16,8550

28,3153

ES7020097

Teselinde-Cabecera de Vallehermoso

*

2 340,9

 

– 17,2833

28,1833

ES7020098

Montaña del Cepo

*

1 162

 

– 17,2000

28,1917

ES7020099

Frontera

*

8 807,4

 

– 18,1306

27,7542

ES7020100

Cueva del Viento

*

137,7

 

– 16,6997

28,3453

ES7020101

Laderas de Enchereda

*

682,6

 

– 17,1833

28,1417

ES7020102

Barranco de Charco Hondo

*

392,4

 

– 17,2500

28,0500

ES7020103

Barranco de Argaga

*

187,1

 

– 17,3139

28,0833

ES7020104

Valle Alto de Valle Gran Rey

*

706,8

 

– 17,3000

28,1000

ES7020105

Barranco del Águila

*

164,4

 

– 17,1250

28,1333

ES7020106

Cabecera Barranco de Aguajilva

*

140,3

 

– 17,2864

28,1167

ES7020107

Cuenca de Benchijigua-Guarimiar

*

1 341,4

 

– 17,2181

28,0611

ES7020108

Taguluche

*

139,5

 

– 17,3319

28,1431

ES7020109

Barrancos del Cedro y Liria

*

584,18

 

– 17,1917

28,1583

ES7020110

Barranco de Niágara

*

38,7

 

– 16,7661

28,1897

ES7020111

Barranco de Orchilla

*

18,4

 

– 16,6061

28,1089

ES7020112

Barranco de las Hiedras-El Cedro

*

166,4

 

– 16,4992

28,1892

ES7020113

Acantilado costero de Los Perros

*

65,9

 

– 16,6925

28,3872

ES7020114

Riscos de Lara

*

103,4

 

– 16,8181

28,2511

ES7020115

Laderas de Chío

*

197,1

 

– 16,7914

28,2506

ES7020116

Sebadales del sur de Tenerife

*

2 692,9

 

– 16,5875

28,0236

ES7020117

Cueva marina de San Juan

 

0,7

 

– 16,8167

28,1744

ES7020118

Barranco de Icor

*

36,5

 

– 16,4653

28,2133

ES7020119

Lomo de Las Eras

 

1,7

 

– 16,4225

28,1958

ES7020120

Sebadal de San Andrés

 

582,7

 

– 16,2083

28,4917

ES7020121

Barranco Madre del Agua

*

9,8

 

– 16,4850

28,2128

ES7020122

Franja marina de Fuencaliente

*

7 055,2

 

– 17,8972

28,5472

ES7020123

Franja marina Santiago-Valle Gran Rey

*

13 139

 

– 17,3139

28,0417

ES7020124

Costa de Garafía

 

3 475,3

 

– 17,8686

28,8586

ES7020125

Costa de los Órganos

 

1 164

 

– 17,2964

28,2214

ES7020126

Costa de San Juan de la Rambla

 

1 602,9

 

– 16,6319

28,4225

ES7020127

Risco de la Mérica

*

38,3

 

– 17,3431

28,1022

ES7020128

Sebadales de Antequera

 

272,62

 

– 16,1308

28,5236

ES7020129

Piña de mar de Granadilla

 

0,93

 

– 16,5069

28,0742

PTCOR0001

Costa e Caldeirão - Ilha do Corvo

*

964,02

 

– 31,1000

39,7000

PTDES0001

Ilhas Desertas

*

11 301,62

 

– 16,4917

32,5000

PTFAI0004

Caldeira e Capelinhos - Ilha do Faial

*

2 023,05

 

– 28,7500

38,5833

PTFAI0005

Monte da Guia - Ilha do Faial

*

362,85

 

– 28,6225

38,5208

PTFAI0006

Ponta do Varadouro - Ilha do Faial

*

19,66

 

– 28,7833

38,5667

PTFAI0007

Morro de Castelo Branco - Ilha do Faial

*

131,52

 

– 28,7542

38,5225

PTFLO0002

Zona Central - Morro Alto - Ilha das Flores

*

2 924,68

 

– 31,2167

39,4500

PTFLO0003

Costa Nordeste - Ilha das Flores

*

1 215,28

 

31,1667

39,5000

PTGRA0015

Ilhéu de Baixo - Restinga Ilha Graciosa

*

248,65

 

– 27,9500

39,0139

PTGRA0016

Ponta Branca - Ilha Graciosa

*

74,81

 

– 28,0397

39,0314

PTJOR0013

Ponta dos Rosais - Ilha de S. Jorge

*

303,8

 

– 28,3100

38,7533

PTJOR0014

Costa NE e Ponta do Topo - Ilha de S. Jorge

*

3 956,41

 

– 27,8500

38,5833

PTMAD0001

Laurisilva da Madeira

*

13 354,86

 

– 17,0500

32,7667

PTMAD0002

Maciço Montanhoso Central da Ilha da Madeira

*

8 212,22

 

– 16,9242

32,7317

PTMAD0003

Ponta de S. Lourenço

*

2 043,12

 

– 16,6833

32,7389

PTMAD0004

Ilhéu da Viúva

*

1 822,47

 

– 16,8639

32,8069

PTMAD0005

Achadas da Cruz

 

205,82

 

– 17,2122

32,8442

PTMAD0006

Moledos - Madalena do Mar

 

18,12

 

– 17,1339

32,7017

PTMAD0007

Pináculo

*

33,81

 

– 16,8678

32,6506

PTMAZ0001

Menez Gwen

 

9 489

 

– 31,5250

37,8250

PTMAZ0002

Lucky Strike

 

19 023,5

 

– 32,3083

37,2833

PTMIG0019

Lagoa do Fogo - Ilha de S. Miguel

*

1 360,42

 

– 25,4667

37,7667

PTMIG0020

Caloura-Ponta da Galera - Ilha de S. Miguel

*

204,2

 

– 25,5083

37,7083

PTMIG0021

Banco D. João de Castro (Canal Terceira - S. Miguel)

*

1 643

 

– 26,6083

38,2264

PTPIC0008

Baixa do Sul (Canal do Faial)

*

54,68

 

– 28,5900

38,5097

PTPIC0009

Montanha do Pico, Prainha e Caveiro - Ilha do Pico

*

8 572

 

– 28,2917

38,4750

PTPIC0010

Ponta da Ilha - Ilha do Pico

*

394,96

 

– 28,0333

38,4167

PTPIC0011

Lajes do Pico - Ilha do Pico

*

142,15

 

– 28,2561

38,3903

PTPIC0012

Ilhéus da Madalena - Ilha do Pico

*

146,4

 

– 28,5472

38,5333

PTPOR0001

Ilhéus do Porto Santo

*

232,2

 

– 16,3833

33,0042

PTPOR0002

Pico Branco - Porto Santo

 

142,72

 

– 16,2994

33,0900

PTSEL0001

Ilhas Selvagens

*

5 752

 

– 15,8639

30,0944

PTSMA0022

Ponta do Castelo - Ilha de Sta. Maria

*

320,49

 

– 25,0342

36,9297

PTSMA0023

Ilhéu das Formigas e Recife Dollabarat (Canal S. Miguel - Sta. Maria)

*

3 542

 

– 25,7500

37,2500

PTTER0017

Serra Santa Bárbara e Pico Alto - Ilha da Terceira

*

4 760,25

 

– 27,2919

38,7333

PTTER0018

Costa das Quatro Ribeiras - Ilha da Terceira

*

274,39

 

– 27,2017

38,8000