16.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/248


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011

(2013/582/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 – C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0108/2013),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2011;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 110.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tas-17 ta’ April 2013

li tinkludi l-kummenti li huma parti integrali mid-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-12 ta’ Frar 2013 (05753/2013 — C7–0041/2013),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0108/2013),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri stqarret li kisbet garanziji raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-“Istitut”) għas-sena finanzjarja 2011 huma affidabbli, u li t-tranżazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi, l-Istitut, li jinsab f’Budapest, ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 294/2008,

C.

billi l-Kummissjoni tat awtonomija finanzjarja lill-Istitut fit-8 ta’ Ġunju 2011,

D.

billi l-2011 kienet l-ewwel sena tal-Istitut meta l-Qorti tal-Awdituri ppubblikat rapport dwar il-kontijiet annwali tagħha; billi l-perjodu ta’ awditu huwa bejn it-8 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Diċembru 2011,

E.

billi l-baġit ġenerali tal-Istitut għall-2011 kien ta’ EUR 64 294 640,

F.

billi l-għotjiet jirrapreżentaw madwar 90 % tal-baġit tal-Istitut u l-impatt tagħhom fuq l-eżekuzzjoni tal-baġit huwa, għaldaqstant, sinifikanti; billi l-għotjiet tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (l-għotjiet KKI) kienu ta’ EUR 56 847 080,

G.

billi skont ir-Regolament Bażi tagħha, il-baġit tal-2011 tal-Istitut ġie ffinanzjat minn sussidju mogħti mill-Unjoni, kontribuzzjoni mogħtija mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u kontribuzzjoni mogħtija mill-Istat Membru ospitanti,

H.

billi l-Istitut iffirma ftehim ospitanti mal-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija fit-23 ta’ Marzu 2010,

I.

billi fi tmiem l-2011, l-Istitut irreġistra eżitu baġitarju negattiv ta’ EUR 1 824 955,81 (6); billi l-Istitut jagħraf l-eżitu bħala assi kontinġenti; billi skont il-linji gwida maħruġa mis-servizzi tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, l-eżitu baġitarju negattiv m’għandux jiddaħħal bħala riċevibbli mill-Kummissjoni minħabba li l-ammonti riportati normalment jiġu kkanċellati b’mod parzjali,

J.

billi fl-2010 u l-2011, l-Istitut u d-DĠ msieħeb miegħu, id-Direttorat Ġenerali għall-Edukazzjoni u l-Kultura (DĠ EAC), ħadmu flimkien biex iwaqqfu strutturi interni xierqa u proċeduri li jippermettu lill-Istitut jiġġestixxi l-fondi tal-Unjoni skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda u biex jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi għall-awtonomija finanzjarja tagħha; billi dawk il-kundizzjonijiet (7) ġew definiti li jistabbilixxu:

segregazzjoni effettiva tal-obbligi tal-uffiċjal awtorizzanti u l-uffiċjal tal-kontabbiltà,

sistema operattiva tal-kontabbiltà li tippermetti li l-użu tal-fondi jiġi verifikat u rifless fil-kontijiet tal-Unjoni,

proċedura adegwata għall-pagamenti li jiżguraw ġestjoni finanzjarja soda tal-fondi tal-Unjoni,

1.

Jilqa’ r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut, għas-sena finanzjarja 2011;

Il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.

Ifakkar mill-kontijiet annwali li l-baġit ġenerali tal-Istitut għall-2011 ammonta għal EUR 64 294 640;

3.

Jagħraf mill-kontijiet annwali li fl-2011 il-baġit tal-Istitut għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja (Ġunju-Diċembru), kien ta’ EUR 9 794 873,70;

4.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni kienet ta’ EUR 8 234 873,70 għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja; jinnota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjoni tinkludi EUR 191 433,87 mogħtija mill-pajjiżi tal-EFTA, kontribuzzjoni li tinġabar mill-Kummissjoni li tittrasferiha lill-Istitut, flimkien mas-sussidju tal-Unjoni;

5.

Ifakkar li l-Istitut iffirma ftehim ospitanti mal-Gvern tar-Repubblika tal-Ungerija fit-23 ta’ Marzu 2010; ifakkar li skont il-ftehim, l-Istat Membru ospitanti jieħu l-impenn li jikkontribwixxi għall-ispejjeż tal-persunal tal-Istitut biex ikopri l-ispejjeż tal-pagi ta’ 20 ħaddiem għall-ħames snin; jinnota, barra minn hekk, li l-kontribuzzjoni mill-2011 hija ta’ ħames rati annwali ta’ EUR 1 560 000;

Sistema kontabilistika

6.

Jagħraf mill-kontijiet annwali li fit-8 ta’ Ġunju 2011, l-Istitut introduċa l-fluss tax-xogħol ta’ kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC), is-sistema tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għall-kontabbiltà baġitarja; jinnota, barra minn hekk, li fit-8 ta’ Ġunju 2011, is-sistema tal-ġestjoni tal-kuntratt ġiet ipprovduta mill-kuntratt ABAC;

7.

Jinnota mill-kontijiet annwali li għall-kontabbiltà ġenerali, l-Istitut implimenta l-SAP fit-8 ta’ Ġunju 2011, li hija s-sistema użata mill-Kummissjoni, sistema llinkjata direttament mal-ABAC; jinnota, barra minn hekk, li bejn l-1 ta’ Jannar u s-7 ta’ Ġunju 2011, l-Istitut uża s-sistema tal-kontabbiltà tad-DĠ msieħeb miegħu;

8.

Jieħu nota mill-kontijiet annwali li mid-19 ta’ Diċembru 2011, is-sistema tal-ġestjoni tal-assi ġiet ipprovduta mill-assi ABAC;

L-impenji

9.

Josserva mill-kontijiet annwali (8) li r-rata ta’ eżekuzzjoni għas-sena kollha hija ta’ 97,21 % għall-approprjazzjonijiet għal impenji, 83,83 % għall-approprjazzjonijiet għal pagamenti u 67,33 % għall-pagamenti kontra impenji;

10.

Jieħu nota li r-rata ta’ eżekuzzjoni għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja hija ta’ 92,81 % għall-approprjazzjonijiet għal impenji, 24,70 % għall-approprjazzjonijiet għal pagamenti kontra impenji u 11,48 % għall-pagamenti kontra impenji; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

11.

Jagħraf li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu I (“Infiq għall-Persunal”) għas-sena kollha hija ta’ 73,28 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija ta’ 92,79 %;

12.

Jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu I (“Infiq għall-Persunal”) għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja hija ta’ 63,36 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija ta’ 88,56 %; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

13.

Jagħraf mill-kontijiet annwali li r-rata tal-eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu II (“Infiq għall-Operat”) kienet ta’ 72,41 % fl-aħħar tal-2011 u li għall-approprjazzjonijiet għal pagamenti ir-rata ta’ eżekuzzjoni kienet ta’ 47,77 %; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

14.

Jinnota li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu II (“Infiq għall-Operat”) għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja hija ta’ 70,32 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija ta’ 42,13 %; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

15.

Jieħu nota li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu III (“Infiq Operattiv”) għas-sena kollha hija ta’ 99,32 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija ta’ 66,39 %; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji kemm għall-għotjiet KKI kif ukoll għall-Fondazzjoni tal-Istitut hija ta’ 100 % u li l-proporzjon ta’ 66,39 % għall-pagamenti kontra impenji għall-infiq operattiv huwa riżultat tal-fatt li ma sar l-ebda pagament ta’ prefinanzjament għall-għotjiet addizzjonali li ġejjin mit-tieni trasferiment ta’ Awwissu;

16.

Jagħraf li r-rata ta’ eżekuzzjoni ta’ impenji għat-Titolu III (“Infiq Operattiv”) għall-perjodu tal-awtonomija finanzjarja hija ta’ 98,09 % u r-rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra approprjazzjonijiet impenjati hija baxxa ħafna bi 3,46 %; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif ir-rati baxxi ta’ eżekuzzjoni juru diffikultajiet fl-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit;

17.

Jieħu nota mill-Qorti tal-Awdituri li l-ftehimiet ta’ għotjiet li wasslu għal pagamenti fl-2011 ġew iffirmati b’mod sistematiku mill-Kummissjoni (DĠ EAC) u l-Istitut wara li l-maġġoranza tal-attivitajiet kienet diġà ġiet implimentata; jinnota, barra minn hekk, li bejn Settembru u Diċembru 2011, l-Istitut għamel pagamenti finali li ammontaw għal EUR 4 200 000, relatati ma’ tliet ftehimiet ta’ għotjiet li ġew iffirmati ferm wara li nbdew l-attivitajiet; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif dan jirrapreżenta kwistjoni f’termini tal-ġestjoni finanzjarja soda;

Riporti

18.

Jagħraf li l-ammont ta’ EUR 4 500 000 tal-approprjazzjonijiet għal pagament ġie riportat fuq l-intestatura tal-baġit 3 100 (l-għotjiet KKI) mill-2010 għall-2011; jinnota, barra minn hekk, li tħallsu EUR 3 780 634,25 li fi tmiem l-2011 ammontaw għal rata ta’ eżekuzzjoni tal-pagamenti kontra l-approprjazzjonijiet impenjati ta’ 84,01 %;

19.

Jieħu nota tal-fatt li EUR 21 903 441,85 tal-approprjazzjonijiet ġew riportati awtomatikament mill-2011 għall-2012 kif ġej: 0,97 % tal-infiq għall-persunal, 2,25 % tal-infiq amministrattiv u l-maġġoranza tiegħu, 96,79 % tal-infiq operattiv; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas hekk kif il-livell għoli ta’ riporti jmur kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

20.

Josserva li EUR 3 778 942,31 tal-approprjazzjonijiet għal pagamenti ġew riportati mhux awtomatikament mill-2011 għall-2012, fit-tmiem tal-2011, l-Istitut kellu bosta impenji li jikkorrispondu għall-obbligi kkuntrattati li għalihom sar pagament parzjali jew ma sar l-ebda pagament fl-2011; jistieden lill-Istitut jinforma lill-awtorità tal-kwittanza bl-azzjonijiet li se jieħu biex jindirizza dan in-nuqqas;

Proċeduri ta’ reklutaġġ

21.

Jinnota mir-Rapport Annwali tal-Attività li sal-aħħar tal-2011, imtlew 40 post (23 aġent temporanju u 17-il aġent kuntrattwali), li juru żieda ta’ 66 %, meta mqabbla mal-24 post li mtela sal-aħħar tal-2010;

22.

Jagħraf li minbarra ż-żieda fil-persunal, f’Settembru 2011 twaqqfet struttura organizzazzjonali ġdida biex talloka numru suffiċjenti ta’ effettivi biex issaħħaħ, b’mod partikolari, il-kompiti amministrattivi u orizzontali, l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit, il-ġestjoni tar-riżorsi umani, u l-kompiti ta’ kontabbiltà u awditjar intern, biex b’hekk tinħoloq bażi soda ta’ servizz ta’ appoġġ għall-Istitut;

23.

Jagħraf mir-Rapport Annwali tal-Attività li d-Direttur il-ġdid beda jaħdem mal-Istitut fl-1 ta’ Lulju 2011;

24.

Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 (9) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.


(1)  ĠU C 388, 15.12.2012, p. 110.

(2)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)  Kontijiet annwali 2011, p. 23.

(7)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 10145 tas-17 ta’ Diċembru 2009.

(8)  Kontijiet annwali 2011, p. 34.

(9)  Testi adottati, P7_TA(2013)0134 (Ara paġna 374 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).