16.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 308/122 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri
(2013/546/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7-0228/2012) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0092/2013), |
1. |
Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(6) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-17 ta’ April 2013
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima V — Il-Qorti tal-Awdituri
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012) 436 — C7-0228/2012) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (4) dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti pprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0092/2013), |
1. |
Jinnota li l-eżerċizzju tal-awditjar tal-kontijiet annwali tal-Qorti tal-Awdituri jsir minn awditur estern indipendenti - PricewaterhouseCoopers SARL - sabiex jiġu applikati l-istess prinċipji ta’ trasparenza u ta’ obbligu ta’ rendikont li tapplika hi stess fil-konfront ta’ dawk li jkunu ġew awditjati; jieħu nota tal-opinjoni tal-awditur li d-dikjarazzjoni finanzjarja tagħti stampa reali u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti; |
2. |
Jenfasizza li fl-2011, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-Qorti tal-Awdituri kienu jammontaw għal total ta’ EUR 134 337 000 (EUR 148 600 000 fl-2010) u li s-sena li għaddiet ir-rata ta’ implimentazzjoni għal dawk l-approprjazzjonijiet kienet ta’ 93 %; jinnota li l-baġit tal-Qorti tal-Awdituri huwa purament amministrattiv; |
3. |
Iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri tkompli tivvaluta l-kwalità u l-impatt ta’ ħidmitha; jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lir-rieżami tal-esperti esterni fir-rigward tal-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Qorti tal-Awdituri; jinnota li fl-2011 naqset ir-rata ta’ sodisfazzjon tal-esperti esterni u jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tispjega għaliex qed jiġri dan; |
4. |
Jifraħ lill-Qorti tal-Awdituri dwar it-titjib fil-ġestjoni finanzjarja tagħha, b’mod partikolari permezz tal-introduzzjoni ta’ monitoraġġ sistematiku tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet min-naħa ta’ dawk li jkunu ġew awditjati; iqis ir-rata miksuba bħala riżultat pożittiv ħafna u jixtieq ikun jaf x’inhi l-medja ta’ żmien bejn l-għoti ta’ dawn l-evalwazzjonijiet u l-wasla tat-tweġibiet min-naħa ta’ dawk li jkunu ġew awditjati; |
5. |
Ifakkar lill-Qorti tal-Awdituri dwar il-ħtieġa li tikkonforma maż-żmien ippjanat, anke meta ma jkunx hemm skadenza, bħal ma hu l-każ bir-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri; iqis li r-rata ta’ osservanza ta’ rapporti adottati f’waqthom jeħtieġ li titjieb; |
6. |
Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tipprovdi skeda ta’ żmien li jkun fiha informazzjoni dwar l-istadji individwali ta’ rapport (mix-xogħol inizjali sal-pubblikazzjoni) f’kull wieħed mir-rapporti speċjali tagħha; |
7. |
Jaqbel mal-importanza li l-Qorti tal-Awdituri attribwixxiet lid-dikjarazzjoni ta’ sejbiet preliminari; jistieden għal dan il-għan lill-Qorti tal-Awdituri tieħu miżuri effikaċi sabiex iżżid il-persentaġġ ta’ dikjarazzjonijiet maħruġa fi żmien xahrejn; |
8. |
Jilqa’ t-tisħiħ ta’ karigi fl-awditjar l-2011, meta mqabbel man-numru ta’ persunal f’servizzi oħra; ifaħħar lill-Qorti tal-Awdituri għall-impenn kontinwu tagħha sabiex tfittex li tikseb effiċjenza fis-servizzi ta’ appoġġ; jiddispjaċih madankollu li n-numru ta’ karigi fl-awditjar fi tmiem l-2011 kien għadu għoli (25 kariga battala), anke jekk kien ħafna inqas minn dak tas-sena preċedenti (44 fl-2010); jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tħaffef ir-reklutaġġ ta’ persunal ġdid għall-karigi battala fl-awditjar; |
9. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-iżbilanċ ġeografiku konsiderevoli fir-rigward ta’ postijiet ta’ diretturi: erba’ ċittadini mir-Renju Unit u wieħed minn Franza, Spanja, il-Belġju, id-Danimarka, il-Greċja, l-Irlanda u l-Italja; |
10. |
Iqis li l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell ta’ Diretturi u Kapijiet tal-Unità għadu wisq żbilanċjat (72 % huma irġiel u 28 % nisa); jinnota b’sodisfazzjon li l-proporzjon ta’ nisa fil-livell AD qed jiżdied; jindika madankollu, l-importanza ta’ bilanċ ġeografiku fil-livelli kollha tal-persunal; jitlob li l-Qorti tal-Awdituri tipprovdi wkoll tqassim skont in-nazzjonalità; |
11. |
Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex fil-futur tippreserva l-aħjar ambjent tax-xogħol possibbli għall-persunal u għall-Membri tagħha; iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri teżamina x’lezzjonijiet jistgħu jinsiltu mill-każ żvelat reċentement ta’ fastidju, u jekk il-proċedura applikata tul l-investigazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri kinitx konformi bis-sħiħ mar-Regoli ta’ Proċedura tagħha; |
12. |
Jitlob li jkun hemm miżuri preventivi ta’ salvagwardja kontra l-fastidju fuq il-post tax-xogħol, u biex jintbagħtu dettalji dwar il-miżuri kollha li ttieħdu fir-rigward tal-persunal fl-uffiċċji privati tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri; |
13. |
Jifraħ lill-Qorti tal-Awdituri għall-prestazzjoni verament effiċjenti tad-Direttorat ta’ Traduzzjoni tagħha u għat-tlestija fiż-żmien ippjanat u fi ħdan il-baġit tal-bini K3; |
14. |
Jitlob informazzjoni dwar ir-raġunijiet għaliex is-sistema l-ġdida tal-IT tal-Qorti, “Assist”, ma ġietx implimentata u xi problemi kien hemm; jitlob biex ikun hemm analiżi tal-komponenti tal-ispejjeż li kien hemm s’issa, u tal-ispejjeż possibbli fil-futur, u informazzjoni dwar meta x’aktarx jiġi introdott il-programm; |
15. |
Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri b’kollox wettqet 379 żjara ta’ awditu fl-2011, 343 fi Stati Membri u 36 f’pajjiżi terzi; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri żżid kemm in-numru kif ukoll l-effettività taż-żjajjar tal-awditjar fuq il-post; |
16. |
Jinnota li fl-2011, il-Qorti tal-Awdituri b’kollox irrappurtat seba’ każijiet ta’ suspett ta’ frodi lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) b’riżultat tal-ħidma ta’ awditjar tagħha; jinnota li OLAF iddeċieda li jiftaħ inkjesta fil-każ ta’ tnejn minnhom u li dawn l-inkjesti għadhom għaddejjin; jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tiċċara jekk in-numru ta’ każijiet riferuti lil OLAF u l-persentaġġ ta’ dawk li qed jiġu investigati jirriflettux il-livell attwali ta’ korruzzjoni b’rabta mal-użu tal-fondi tal-Unjoni u, jekk dan mhuwiex il-każ, x’tipproponi li jsir biex jiżdiedu dawn iċ-ċifri; |
17. |
Jinnota, barra minn hekk, li fl-2011 il-Qorti tal-Awdituri rreferiet lill-OLAF 17-il każ ta’ suspett ta’ frodi possibbli li oriġinaw minn ittri ta’ denunzja li rċeviet il-Qorti tal-Awdituri; jappoġġa l-kooperazzjoni mill-qrib li l-Qorti tal-Awdituri kontinwament għandha mal-OLAF, u jħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri biex tivvaluta jekk din iċ-ċifra tistax tiżdied, u jekk ikun il-każ, kif tista’ tiżdied b’rabta mal-immaġni, l-azzjoni u l-effettività ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri f’dan is-settur; |
18. |
Jilqa’ l-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kumitat tal-Parlament għall-Kontroll tal-Baġit, is-segwitu ċar tar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza mis-sena preċedenti u r-rispons regolari għar-rikjesti tal-Parlament; |
19. |
Jieħu nota tal-eżerċizzju ta’ segwitu li sar mis-servizz ta’ awditjar intern li identifika l-progress fil-konfront ta’ kontrolli interni eżistenti u l-isforzi li saru min-naħa tas-servizzi li sarilhom awditu sabiex jimplimentaw il-pjanijiet ta’ azzjoni miftiehma; jitlob li jinżamm infurmat dwar il-miżuri implimentati u r-riżultati li nkisbu minn dawk is-servizzi; |
20. |
Jilqa’ l-pubblikazzjoni tar-Rapport Speċjali Nru 19/2012 dwar is-segwitu tar-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri; |
21. |
Jistenna li jirċievi sommarju tal-konklużjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-monitoraġġ tal-verifiki ex-post tas-servizz ta’ awditjar intern u r-riżultati tal-impatt li kellu dan it-tibdil fuq il-kontroll intern tal-Qorti tal-Awdituri fir-rapport annwali tal-attività tal-2012; |
22. |
Jirrikonoxxi li r-rieżami ta’ nofs il-perjodu tal-istrateġija ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2009-2013 ikkonkluda li l-proċessi ewlenin huma mmonitorjati u li l-progress li sar sa issa ġie rrappurtat bir-reqqa; |
23. |
Jistenna b’interess it-tieni evalwazzjoni bejn il-pari li l-Qorti tal-Awdituri se tniedi fl-2013, li tiffoka b’mod partikolari fuq il-prattika tal-awditjar tal-prestazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri; jitlob informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-ewwel evalwazzjoni bejn il-pari introduttorja fl-2012; |
24. |
Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tas-servizz ta’ awditjar intern li jinħoloq sett ġdid ta’ indikaturi tal-prestazzjoni sabiex titkejjel l-implimentazzjoni ta’ dik l-istrateġija. |
(2) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 1.
(3) ĠU C 344, 12.11.2012, p. 1.
(4) ĠU C 348, 14.11.2012, p. 130.