31.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 361/87


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1259/2012

tat-3 ta’ Diċembru 2012

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1801/2006

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Novembru 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1801/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja (“il-Ftehim ta’ Sħubija”) (1).

(2)

Fis-26 ta’ Lulju 2012 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija (“il-Protokoll il-ġdid”). Dan il-Protokoll il-ġdid jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Mawritanja teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd.

(3)

Fit-18 ta’ Diċembru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/827/ UE (2) dwar l-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu.

(4)

Il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għall-perjodu li fih japplika l-Protokoll il-ġdid.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), jipprevendi li f’każ li l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll il-ġdid ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. In-nuqqas ta’ tweġiba sa data ta’ skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom matul il-perjodu kkonċernat. Jeħtieġ li dik l-iskadenza tiġi stabbilita.

(6)

Il-Protokoll attwali skada fil-31 ta’ Lulju 2012. Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, għalhekk dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sajd iffissati taħt il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Mawritanja għal perijodu ta’ sentejn (“il-Protokoll”) għandhom iqisu l-qbid li sar bejn l-2008 u l-2012 u għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

Kategorija 1 - Bastimenti tas-sajd li jispeċjalizzaw fil-krustaċi ħlief għall-awwisti mxewwka u l-granċijiet (għadd massimu ta’ bastimenti: 36)

Spanja

4 150 tunnellata

L-Italja

600 tunnellata

Il-Portugall

250 tunnellata

(b)

Kategorija 2 - Bastimenti tat-tkarkir (li ma jkunux mgħammra bi friża) u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ li jistadu għall-marlozz l-iswed (għadd massimu ta’ bastimenti: 11)

Spanja

4 000 tunnellata

(c)

Kategorija 3 -Bastimenti tas-sajd għal speċijiet demersali ħlief il-marlozz l-iswed, b’irkaptu li ma jkunx jinkludi x-xbieki tat-tkarkir (għadd massimu ta’ bastimenti: 9)

Spanja

2 500 tunnellata

(d)

Kategorija 4 — Bastimenti li jistadu għall-granċijiet

Spanja

200 tunnellata

(e)

Kategorija 5 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni

Spanja

17-il liċenzja

Franza

5 liċenzji

(f)

Kategorija 6 — Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Spanja

18-il liċenzja

Franza

4 liċenzji

(g)

Kategorija 7 — Bastimenti tat-tkarkir użati għas-sajd pelaġiku li jkunu mgħammra bi friża (għadd massimu ta’ bastimenti: 19; massimu ta’ żewġ (2) bastimenti jistgħu, f’każ li ma jintużawx, jiżdiedu mal-kategorija 8)

Il-Ġermanja

15 396 tunnellata

Franza

3 205 tunnellata

Il-Latvja

66 087 tunnellata

Il-Litwanja

70 658 tunnellata

Il-Pajjiżi l-Baxxi

76 727 tunnellata

Il-Polonja

32 008 tunnellata

Ir-Renju Unit

10 457 tunnellata

L-Irlanda

10 462 tunnellata

Fi kwalunkwe żmien wieħed massimu ta’ dsatax-il bastiment jistgħu jiġu mibgħuta fl-ibħra tal-Mawritanja. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ użu tal-liċenzji fil-kategorija 8, massimu ta’ sittax-il liċenzja ta’ tliet xhur jistgħu jiżdiedu mal-kategorija 8.

Waqt is-sentejn ta’ validità tal-protokoll, in-numru li ġej ta’ liċenzji ta’ tliet xhur għandhom jinżammu mill-Istati Membri:

Il-Ġermanja

8

Franza

4

Il-Latvija

40

Il-Litwanja

44

Il-Pajjiżi il-Baxxi

32

Il-Polonja

16

L-Irlanda

4

Ir-Renju Unit

4

L-Istati Membri għandhom ifittxu li jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk ċerti liċenzji jistgħux ikunu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra.

(h)

Kategorija 8 - Bastimenti tas-sajd pelaġiku li ma jkunux mgħammra bi friża:

L-Irlanda

15 000 tunnellata

Dawn l-opportunitajiet ta’ sajd jistgħu, f’każ li ma jintużawx, jiġu ttrasferiti għall-kategorija 7 skont il-kriterji ta’ allokazzjoni ta’ dik il-kategorija.

Massimu ta’ sittax-il liċenzja ta’ tliet xhur jistgħu jingħataw fl-ibħra tal-Mawritanja. F’każ ta’ nuqqas ta’ użu, dawn il-liċenzji jistgħu jiġu trasferiti għall-kategorija 7.

L-Irlanda għandu jkollha sittax-il liċenzja ta’ tliet xhur (bi trasferiment possibbli għall-kategorija 7 jekk ma jiġux utilizzati(.

L-Irlanda għandha tikkomunika lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena ta’ validità tal-Protokoll, jekk l-opportunitajiet jistgħux isiru disponibbli għal Stati Membri oħra.

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim ta’ Sħubija.

3.   Jekk l-applikazzjonjiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jużawx l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-talbiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd magħmulin minn kwalunkwe Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

4.   L-iskadenza sa meta l-Istati Membri għandhom jikkonfermaw li mhumiex qed jużaw għal kollox l-opportunitajiet tas-sajd li jkunu ngħatawlhom, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun ta’ għaxart ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tgħarrafhom li l-opportunitajiet tas-sajd mhumiex qed jintużaw kollha.

Artikolu 2

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1801/2006 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa jibda japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll il-ġdid.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. SYLIKIOTIS


(1)  ĠU L 343, 8.12.2006, p. 1.

(2)  Ara l-paġna 43 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.