20.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 350/63


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1239/2012

tad-19 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 121(e), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 15(1) u 20(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 (2) jistipulaw li t-tiġieġ iffriżat u ffriżat malajr u ċerti qatgħat tat-tjur friski jistgħu jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni biss jekk il-kontenut tal-ilma ma jaqbiżx il-valuri li teknikament ma jistgħux jiġu evitati, u li jiġu stabbiliti bil-metodi ta’ analiżi deskritti fl-Annessi VI, VII u VIII ta’ dak ir-Regolament, rispettivament.

(2)

L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 543/2008 jistipula li għandhom isiru kontrolli regolari skont l-Anness IX ta’ dak ir-Regolament fuq l-assorbiment tal-ilma, jew kontrolli fil-biċċeriji skont l-Anness VI ta’ dak ir-Regolament.

(3)

L-Annessi VI u VII tar-Regolament (KE) Nru 543/2008 jistipulaw il-valuri tal-limitu għall-kontenut tal-ilma ta’ karkassi ta’ tiġieġ iffriżati u tiġieġ iffriżati malajr, l-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament jistipula l-valuri tal-limitu għall-kontenut tal-ilma ta’ ċerti qatgħat tat-tjur u l-Anness IX ta’ dak ir-Regolament jistipula l-valuri tal-limitu għall-kontenut tal-ilma ta’ laħam tat-tjur frisk f’kontrolli dwar l-assorbiment tal-ilma fl-istabbiliment ta’ produzzjoni. Dawn il-valuri tal-limitu kollha huma ffissati b’referenza għal tliet metodi ta’ tkessiħ definiti fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament b’mod partikolari t-tkessiħ bl-arja, it-tkessiħ b’raxx ta’ arja u t-tkessiħ b’immersjoni.

(4)

Teknoloġiji ġodda wasslu għall-iżvilupp ta’ metodi ġodda ta’ tkessiħ li għalihom għandhom japplikaw l-istess regoli bħal dawk li japplikaw għall-metodi ta’ tkessiħ definiti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 543/2008. Għaldaqstant, huwa neċessarju li jiġu stipulati l-valuri tal-limitu li għandhom japplikaw meta jintużaw metodi ġodda ta’ tkessiħ.

(5)

Billi t-teknoloġiji l-ġodda tat-tkessiħ tal-karkassi tat-tjur jiġu esplorati biex itejbu l-kwalità ġenerali tal-laħam tat-tjur, il-valuri tal-limitu għal dawn il-metodi ta’ tkessiħ ġodda ma għandhomx jaqbżu l-valuri tal-limitu l-aktar baxxi stipulati għall-metodu tat-tkessiħ bl-arja.

(6)

L-Anness XI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008, jelenka l-lista tal-laboratorji ta’ referenza nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Malta nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-deżinjazzjoni l-ġdida tal-laboraturju ta’ referenza nazzjonali tagħhom.

(7)

Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 543/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi VI sa IX u l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 543/2008 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46.


ANNESS

L-Annessi VI sa IX u l-Anness XI tar-Regolament (KE) Nru 543/2008 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness VI, il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:

“7.   L-evalwazzjoni tar-riżultat

Jekk it-telf medju tal-ilma tal-20 karkassa fil-kampjun malli jinħall is-silġ jaqbeż il-perċentwali mogħtija hawn taħt, l-ammont ta’ ilma assorbit matul l-ipproċessar jitqies li jaqbeż il-limitu permissibbli.

Il-perċentwali huma, fil-każ ta’:

 

tkessiħ bl-arja: 1,5 %,

 

tkessiħ b’raxx ta’ arja: 3,3 %,

 

tkessiħ b’immersjoni: 5,1 %.

 

metodu ta’ tkessiħ ieħor jew taħlita ta’ żewġ metodi jew aktar definiti fl-Artikolu 10:1,5 %”

(2)

Fl-Anness VII, il-punt 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Kalkolu tar-riżultati

6.1.

(a)

Il-piż tal-ilma (W) f’kull karkassa għandu jingħata b’aP1/100, u l-piż tal-proteina (RP) b’bP1/100, u dawn it-tnejn għandhom jiġu espressi fi grammi. Għandhom jiġu stabbiliti t-totali tal-piżijiet tal-ilma (W7) u l-piżijiet tal-proteina (RP7) fis-seba’ karkassi analizzati.

(b)

Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-kontenut medju tal-ilma u tal-proteina miż-żewġ kampjuni analizzati għandu jiġi stabbilit sabiex jagħti a % u b %, rispettivament. Il-piż tal-ilma (W7) fis-seba’ karkassi għandu jingħata b’aP7/100, u l-piż tal-proteina (RP7) b’bP7/100, u t-tnejn huma espressi fi grammi.

6.2.

Il-piż medju tal-ilma (WA) u tal-proteini (RPA) għandu jiġi kkalkulat billi W7 u RP7 jiġu diviżi rispettivament, b’sebgħa.

6.3.

Il-kontenut teoretiku fiżjoloġiku tal-ilma, kif espress b’dan il-metodu, jista’ jiġi kkalkulat billi tiġi applikata l-formula li ġejja:

għat-tiġieġ: Formula.

6.4.

(a)

Tkessiħ bl-arja

Jekk il-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 2 % (*), l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali tal-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza (ta’ fiduċja)):

għat-tiġieġ: Formula.

(b)

Tkessiħ b’raxx ta’ arja

Jekk il-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 4.5 % (*), l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali tal-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza (ta’ fiduċja)):

għat-tiġieġ: Formula.

(c)

Tkessiħ b’immersjoni

Jekk il-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax ikun evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 7 % (*), l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali tal-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza (ta’ fiduċja)):

għat-tiġieġ: Formula.

(d)

Metodi oħra ta’ tkessiħ jew taħlita ta’ żewġ metodi jew aktar mill-metodi definiti fl-Artikolu 10

Jekk il-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax jiġi evitat milli jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jammonta għal 2 % (*), l-ogħla limitu permessibbli għall-kontenut totali tal-ilma (WG) fi grammi kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jiġi mogħti bil-formola li ġejja (inkluż l-intervall ta’ kunfidenza (ta’ fiduċja)):

għat-tiġieġ: Formula.

6.5.

Jekk il-kontenut medju tal-ilma (WA) tas-seba’ karkassi kif ikkalkulat skont il-punt 6.2 ma jaqbiżx il-valur mogħti f’6.4 (WG), il-kwantità tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha titqies ta’ livell standard.

(*)  Ikkalkulat abbażi tal-karkassa, bl-esklużjoni tal-ilma barrani assorbit."

(*)  Ikkalkulat abbażi tal-karkassa, bl-esklużjoni tal-ilma barrani assorbit."

(*)  Ikkalkulat abbażi tal-karkassa, bl-esklużjoni tal-ilma barrani assorbit."

(*)  Ikkalkulat abbażi tal-karkassa, bl-esklużjoni tal-ilma barrani assorbit."

(3)

Fl-Anness VIII, il-punt 6 jinbidel b’dan li ġej:

“6.   Kalkolu tar-riżultati

6.1.

(a)

Il-piż tal-ilma (W) f’kull karkassa għandu jingħata b’aP1/100, u l-piż tal-proteina (RP) b’bP1/100, u t-tnejn li huma għandhom jiġu espressi fi grammi.

Għandu jiġi stabbilit it-total tal-piżijiet tal-ilma (W5) u tal-piżijiet tal-proteina (RP5) fil-ħames qatgħat analizzati.

(b)

Fil-każ ta’ analiżi ta’ kampjun kompost, il-kontenut medju tal-ilma u tal-proteina miż-żewġ kampjuni analizzati għandu jiġi stabbilit sabiex jagħti a % u b %, rispettivament. Il-piż tal-ilma (W5) fil-ħames qatgħat għandu jingħata b’aP5/100, u l-piż tal-proteina (RP5) b’bP5/100, u t-tnejn li huma għandhom jiġu espressi fi grammi.

6.2.

Il-piż medju tal-ilma (WA) u tal-proteina (RPA) għandu jiġi kkalkolat billi wieħed jiddividi W5 u RP5 rispettivament, b’ħamsa.

6.3.

Il-proporzjon tal-medja fiżjoloġika W/RP kif stabbilit b’dan il-metodu huwa kif ġej:

 

flett tas-sidra tat-tiġieġ: 3,19 ± 0,12,

 

saqajn u robbi tas-saqajn tat-tiġieġ: 3,78 ± 0,19,

 

flett tas-sidra tad-dundjan: 3,05 ± 0,15,

 

saqajn tad-dundjan: 3,58 ± 0,15,

 

laħam dissussat tas-saqajn tad-dundjan: 3,65 ± 0,17.

6.4.

Jekk nassumu li l-kontenut minimu tal-ilma li teknikament ma jistax jiġi assorbit matul il-preparazzjoni jkun jammonta għal 2 %, 4 % jew 6 % (**) skont it-tip ta’ prodotti u l-metodi ta’ tkessiħ applikati, l-ogħla proporzjon ta’ W/RP permessibbli kif stabbilit b’dan il-metodu għandu jkun kif ġej:

 

Tkessiħ bl-arja

Tkessiħ b’raxx ta’ arja:

Tkessiħ b’immersjoni

Flett tas-sidra tat-tiġieġ: mingħajr ġilda

3,40

3,40

3,40

Sidra tat-tiġieġ: bil-ġilda

3,40

3,50

3,60

Koxox (parti ta’ fuq) tat-tiġieġ, isfel tal-koxox (drumsticks), saqajn, saqajn b’porzjon mid-dahar, robbi (kwarti) tas-saqajn, bil-ġilda

4,05

4,15

4,30

Flett tas-sidra tad-dundjan; mingħajr ġilda

3,40

3,40

3,40

Sidra tad-dundjan, bil-ġilda

3,40

3,50

3,60

Koxox tad-dundjan, isfel tal-koxox, saqajn, bil-ġilda

3,80

3,90

4,05

Laħam dissussat tas-saqajn tad-dundjan, mingħajr ġilda

3,95

3,95

3,95

Fil-każ ta’ metodi oħra ta’ tkessiħ jew taħlita ta’ żewġ metodi jew aktar minn dawk definiti fl-Artikolu 10, il-kontenut tal-ilma li ma jistax jiġi evitat li jammonta għal 2 % u l-ogħla proporzjonijiet permessibbli W/PR huma dawk iffissati għall-metodu ta’ tkessiħ bl-arja fit-tabella hawn fuq.

Jekk il-proporzjon tal-medja WA/RPA tal-ħames qatgħat kif ikkalkulat mill-valuri fil-punt 6.2 ma jkunx aktar mill-proporzjon mogħti fil-punt 6.4, il-kwantità tal-qatgħat tat-tjur soġġetta għall-kontroll għandha titqies li tilħaq il-livell standard.

(**)  Ikkalkulat fuq il-bażi tal-qatgħa, mingħajr ilma barrani assorbit. Għall-fillets (bla ġilda) u laħam dissussat tas-saqajn tad-dundjan, il-perċentwal huwa ta’ 2 % għal kull wieħed mill-metodi ta’ tkessiħ.”"

(4)

Fl-Anness IX, jiżdied il-punt 11 li ġej:

“11.

F’każijiet fejn il-karkassi jitkessħu b’metodu ieħor ta’ tkessiħ jew b’taħlita ta’ żewġ metodi jew aktar minn dawk definiti fl-Artikolu 10, il-perċentwal massimu tal-kontenut tal-ilma ma għandux ikun aktar minn 0 % tal-piż oriġinali tal-karkassa.”

(5)

Fl-Anness XI, l-entrata rigward Malta tinbidel b’dan li ġej:

Malta

Id-Direttorat tas-Servizzi tal-Laboratorji tal-MCCAA

L-Istitut tal-Istandards u l-Metroloġija

L-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u tal-Affarijiet tal-Konsumatur

F22, Mosta Technopark

Il-Mosta MST3000

Malta”