19.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/39


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1223/2012

tat-18 ta’ Diċembru 2012

li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li jeċċedi l-160 Kg u li joriġinaw mill-Isvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli

(kodifikazzjoni)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwota ta’ tariffa fuq l-importazzjoni ta’ annimali bovini ħajjin ta’ piż li ma jaqbiżx il-160 Kg u li joriġinaw mill-Isvizzera kif previst fil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (4) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) jipprevedi l-ftuħ ta’ kwota tat-tariffa tal- Unjoni eżenti mill-ħlas tad-dwana għall-importazzjoni ta’ 4 600 annimal bovin ħaj ta’ piż ta’ iktar minn 160 kg u li joriġinaw mill-Isvizzera. Regoli ddettaljati għandhom jiġu adottati għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta’ din il-kwota tat-tariffa fuq bażi annwali.

(3)

Għall-allokazzjoni tal-kwota tat-tariffa u minħabba l-prodotti kkonċernati, ikun xieraq li jiġi applikat metodu ta’ eżaminazzjoni simultanja kif jirreferi għalih l-Artikolu 144(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(4)

Biex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju ta’ din il-kwota tat-tariffa, l-annimali ħajjin għandhom joriġinaw mill-Isvizzera skont ir-regoli li jirreferi għalihom l-Artikolu 4 tal-Ftehim.

(5)

Bil-għan li tiġi evitata l-ispekulazzjoni, il-kwantitajiet disponibbli fi ħdan il-kwota tat-tariffa għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi li kapaċi juru li huma ġenwinament involuti f’kummerċ ta’ skala sinifikanti ma’ pajjiżi terzi. Minħabba dan u biex ikun żgurat immaniġġjar effiċjenti, il-kummerċjanti kkonċernati huma mitluba li jkollhom minimu ta’ 50 annimal importat matul is-sena ta’ qabel il-perjodu annwali tal-kwota kkonċernat, minħabba li konsenja ta’ 50 annimal tista’ titqies bħala tagħbija normali. L-esperjenza wriet illi x-xiri ta’ konsenja waħda hija l-kondizzjoni minima meħtieġa sabiex transazzjoni titqies reali u vijabbli.

(6)

Għandha tiġi ffissata garanzija għad-drittijiet tal-importazzjoni, il-liċenzji ma għandhomx ikunu trasferibbli u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu lill-kummerċjanti biss għal dawk il-kwantitajiet li fuqhom ikunu ġew allokati drittijiet tal-importazzjoni.

(7)

Biex ikun ipprovdut aċċess ugwali għall-kwota tat-tariffa filwaqt li jkun żgurat numru kummerċjalment vijabbli ta’ annimali ma’ kull applikazzjoni, il-limitu massimu u dak minimu għandhom ikunu ffissati għal numru ta’ annimali koperti f’kull applikazzjoni.

(8)

Għandu jiġi stabbilit illi d-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jiġu allokati wara perjodu ta’ riflessjoni u fejn ikun meħtieġ b’applikazzjoni ta’ koeffiċjent ta’ allokazzjoni fiss.

(9)

Skont l-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-arranġamenti għandhom ikunu mmanniġġjati permezz tal-liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet u dwar l-informazzjoni li għandha tingħata dwar l-applikazzjonijiet u l-liċenzji, fejn meħtieġ, flimkien ma’ jew bħala deroga minn ċerti dispożizzjonijiet tar- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (5), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (6) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (7).

(10)

Biex l-operaturi jiġu obbligati japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni għad-drittijiet kollha tal-importazzjoni allokati, għandu jiġi stabbilit li l-applikazzjoni għandha tikkostitwixxi, fir-rigward tal-garanzija għad-drittijiet tal-importazzjoni, ħtieġa primarja fi ħdan it-tifsira tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 282/2012 tat-28 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi r-regoli komuni ddettaljati sabiex tiġi applikata s-sistema tal-garanziji għall-prodotti agrikoli (8).

(11)

L-esperjenza turi li l-immaniġġjar xieraq tal-kwota tat-tariffa jeħtieġ ukoll illi l-detentur titolari tal-liċenzja jkun importatur ġenwin. Għalhekk, dan l-importatur għandu jipparteċipa b’mod attiv fix-xiri, fit-trasport u fl-importazzjoni tal-annimali ikkonċernati. Il-preżentazzjoni tal-prova ta’ dawn l-attivitajiet għandha għalhekk tkun ħtieġa primarja fir-rigward tal-garanzija tal-liċenzja.

(12)

Bil-ħsieb li jiġi żgurat kontroll statistiku strett fuq l-annimali importati taħt din il-kwota tat-tariffa, ma għandhiex tapplika t-tolleranza li jirreferi għaliha l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kwota tariffarja ta’ importazzjoni tal- Unjoni eżenta mill-ħlas tad-dwana qiegħda tinfetaħ fuq bażi multiannwali għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru għall-importazzjoni ta’ 4 600 annimal bovin ħaj li joriġinaw mill-Isvizzera ta’ piż ta’ iktar minn 160 kg, li jaqgħu fi ħdan il-Kodiċijiet tan-NM 0102 29 41 , 0102 29 49 , 0102 29 51 , 0102 29 59 , 0102 29 61 , 0102 29 69 , 0102 29 91 , 0102 29 99 , ex 0102 39 10 ta’ piż li jeċċedi l-160 kg jew ex 0102 90 91 ta’ piż li jeċċedi l-160 kg.

Dik il-kwota tat-tariffa għandu jkollha n-numru tal-ordni 09.4203.

2.   Ir-regoli ta’ oriġini applikabbli għall-prodotti li jirreferi għalihom il-paragrafu 1 se jkunu dawk previsti fl-Artikolu 4 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-negozju fi prodotti agrikoli.

Artikolu 2

1.   Għall-iskopijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, il-parteċipazzjoni fil-kummerċ ma’ pajjiżi terzi msemmija f’dak l-Artikolu tfisser li l-applikanti importaw mill-anqas 50 annimal koperti permezz tal-kodiċi tan-NM 0102 .

L-Istati Membri jistgħu jaċċettaw bħala prova ta’ kummerċ ma’ pajjiżi terzi kopji tad-dokumenti li jirreferi għalihom it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, dovutement iċċertifikati mill-awtorità kompetenti.

2.   Kumpanija ffurmata mill-inkorporazzjoni ta’ kumpaniji kull waħda b’importazzjoni ta’ referenza konformi mal-kwantità minima li jirreferi għaliha l-paragrafu 1 tista’ tuża dawk l-importazzjonijiet ta’ referenza bħala bażi għall-applikazzjoni tagħha.

Artikolu 3

1.   Applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni għandhom ikopru minn tal-inqas 50 annimal u ma jistgħux ikopru iktar minn 5 % tal-kwantità disponibbli.

2.   Applikazzjonijiet għal drittijiet tal-importazzjoni għandhom jiġu ddepożitati tal-inqas qabel 13.00, ħin ta’ Brussell, fl-1 ta’ Diċembru ta’ qabel il-perjodu annwali tal-kwota kkonċernat.

3.   Wara l-verifika tad-dokumenti ppreżentati, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-għaxar ġurnata tax-xogħol wara t-tmiem tal-perjodu għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, tal- kwantitajiet totali li għalihom saret applikazzjoni.

Minkejja l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, għandhu japplika l-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Id-drittijiet tal-importazzjoni għandhom jingħataw mis-seba’ ġurnata tax-xogħol, u mhux aktar tard mis-sittax-il ġurnata tax-xogħol, wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3).

2.   Fejn l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jagħti figura ta’ inqas minn 50 ras għal kull applikazzjoni, il-kwantità disponibbli għandha tiġi assenjata mill-Istati Membri kkonċernati billi tittella’ polza għal drittijiet ta’ importazzjoni li jkopru 50 ras kull wieħed. Fejn ikun fadal inqas minn 50 ras, għandu jiġi assenjat dritt ta’ importazzjoni wieħed għal dik il-kwantità.

3.   Fejn l-applikazzjoni tal-paragrafu 2 twassal biex ikunu allokati anqas drittijiet tal-importazzjoni mill-kwantità li għaliha tressqu applikazzjonijiet, il-garanzija ddepożitata skont l-Artikolu 5(1) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.

Artikolu 5

1.   Il-garanzija relatata mad-drittijiet tal-importazzjoni għandha tkun ta’ EUR 3 ir-ras. Din għandha tiġi ddepożitata għand l-awtorità kompetenti flimkien mal-applikazzjoni għad-drittijiet tal-importazzjoni.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għandhom isiru għall-kwantità allokata. Dan l-obbligu għandu jkun ħtieġa primarja fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2012.

3.   Fejn l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li jirreferi għalih l-Artikolu 4(2) twassal għal inqas allokazzjoni ta’ drittijiet tal-importazzjoni minn kemm ġie applikat għaliha, il-garanzija ddepożitata għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.

Artikolu 6

1.   Il-kwantitajiet assenjati għandhom jiġu importati jekk tiġi ppreżentata liċenzja waħda għall-importazzjoni jew iktar.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzja jistgħu jiġu ddepożitati biss mal-Istat Membru fejn l-applikant applika u kiseb drittijiet tal-importazzjoni li jaqgħu taħt il-kwota tat-tariffa.

Kull ħruġ ta’ liċenzja tal-importazzjoni għandu jwassal għal tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet tal-importazzjoni miksuba, u l-garanzija ddepożitata skont l-Artikolu 5(1) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.

3.   Liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu mal-applikazzjoni minn u f’isem l-operatur li jkun kiseb id-drittijiet tal-importazzjoni.

4.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru t-tagħrif li ġej:

(a)

f’kaxxa 8, il-pajjiż tal-oriġini u t-tweġiba “iva” hija mmarkata b’salib;

(b)

f’kaxxa 16, wieħed jew iktar mill-kodiċi NM li ġejjin:

0102 29 41 , 0102 29 49 , 0102 29 51 , 0102 29 59 , 0102 29 61 , 0102 29 69 , 0102 29 91 , 0102 29 99 , ex 0102 39 10 ta’ piż li jeċċedi il-160 kg jew ex 0102 90 91 ta’ piż li jeċċedi il-160 kg;

(c)

f’kaxxa 20, in-numru tal-ordni tal-kwota (09.4203) u tal-inqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati f’Anness I.

Il-liċenzji għandhom iġorru magħhom l-obbligu ta’ importazzjoni mill-Isvizzera.

Artikolu 7

1.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament ma humiex trasferibbli.

2.   L-għoti tal-liċenzja tal-importazzjoni għandha tkun soġġetta għal depożitu ta’ garanzija ta’ 20 EUR ir-ras li għandha tkun magħmula minn:

(a)

garanzija ta’ EUR 3 li jirreferi għaliha l-Artikolu 5(1); u

(b)

l-ammont ta’ EUR 17 li l-applikant għandu jiddepożita flimkien mal-applikazzjoni għal-liċenzja.

3.   Skont l-Artikolu 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-dazju totali tat-Tariffa tad-Dwana Komuni li hu applikabbli fid-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tad-dwana għaċ-ċirkolazzjoni libera għandu jiġi miġbur għall-kwantitajiet kollha importati li jaqbżu dawk li jidhru fil-liċenzja tal-importazzjoni.

4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-garanzija ma għandhiex tiġi rrilaxxata sakemm tiġi ppreżentata prova li d-detentur titolari tal-liċenzja kien responsabbli kummerċjalment u loġistikament mix-xiri, mit-trasport u mill-approvazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-annimali kkonċernati. Din il-prova għandha mill-inqas tikkonsisti:

(a)

fil-fattura kummerċjali oriġinali jew kopja awtentikata magħmula f’isem id-detentur titolari mill-bejjiegħ jew mir-rappreżentant tiegħu, it-tnejn stabbiliti fl- Isvizzera, u prova tal-ħlas mid-detentur titolari jew il-ftuħ mid-detentur titolari ta’ kreditu dokumentarju irrevokabbli favur il-bejjiegħ;

(b)

f’dokument ta’ trasport, maħruġ f’isem il-possessur titolari, għall-annimali kkonċernati;

(c)

fi prova li l-prodotti ġew iddikkjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera bl-indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tad-detentur titolari bħala destinatarju.

Artikolu 8

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1301/2006, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 382/2008 għandhom japplikaw, soġġetti għal dan ir-Regolament.

Artikolu 9

1.   Bħala deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

mhux aktar tard mit-28 ta’ Frar wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, li għalihom inħarġu l-liċenzji ta’ importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni;

(b)

mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi l-prospetti żero, koperti minn liċenzji ta’ importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq wara tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom.

2.   Mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem ta’ kull perjodu tal-kwota tariffarja għall-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-kwantitajiet tal-prodotti li tqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa bi qbil mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

3.   Għan-notifiki li jissemmew fil-paragrafi 1 u 2, il-kwantitajiet għandhom jiġu espressi fi rjus u għal kull kategorija kif indikat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.

Artikolu 10

Ir-Regolament (KE) Nru 2172/2005 huwa mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 11

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl- għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 395.

(2)   ĠU L 346, 29.12.2005, p. 10.

(3)  Ara l-Anness II.

(4)   ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(5)   ĠU L 330M, 9.12.2008, p. 387.

(6)   ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(7)   ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(8)   ĠU 92, 30.3.2012, p. 4.


ANNEX I

Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(4)(c)

Bulgaru

:

Регламент за изпълнение (ЕC) № 1223/2012

Spanjol

:

Reglamento de Ejecución (UE) no 1223/2012

Ċek

:

Prováděcí nařízení (EU) č. 1223/2012

Daniż

:

Gennemførelsesforordning (EU) nr. 1223/2012

Ġermaniż

:

Durchführungsverordnung (EU) Nr. 1223/2012

Estonjan

:

Rakendusmäärus (EL) nr 1223/2012

Grieg

:

Εκτελεστικός κανονισμός (ΕΕ) αριθ. 1223/2012

Ingliż

:

Implementing Regulation (EU) No 1223/2012

Franċiż

:

Règlement d’exécution (UE) no 1223/2012

Taljan

:

Regolamento di esecuzione (UE) n. 1223/2012

Latvjan

:

Īstenošanas regula (ES) Nr. 1223/2012

Litwan

:

Įgyvendinimo reglamentas (ES) Nr. 1223/2012

Ungeriż

:

1223/2012/EU végrehajtási rendelet

Malti

:

Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1223/2012

Olandiż

:

Uitvoeringsverordening (EU) nr. 1223/2012

Pollakk

:

Rozporządzenie wykonawcze (UE) nr 1223/2012

Portugiż

:

Regulamento de Execução (UE) n.o 1223/2012

Rumen

:

Regulamentul de punere în aplicare (UE) nr. 1223/2012

Slovakk

:

Vykonávacie nariadenie (EÚ) č. 1223/2012

Sloven

:

Izvedbena uredba (EU) št. 1223/2012

Finlandiż

:

Täytäntöönpanoasetus (EU) N:o 1223/2012

Svediż

:

Genomförandeförordning (EU) nr 1223/2012


ANNESS II

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2172/2005

(ĠU L 321M, 21.11.2006, p. 395)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1869/2006

(ĠU L 327M, 5.12.2008, p. 792)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1965/2006

(ĠU L 312M, 22.11.2008, p. 274)

Artikolu 8 u Anness IX biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 749/2008

(ĠU L 202, 31.7.2008, p. 37)

Artikolu 3 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1267/2008

(ĠU L 338, 17.12.2008, p. 37)

 


ANNESS III

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 2172/2005

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(3)

Artikoli 4, 5 u 6

Artikoli 4, 5 u 6

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(6)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 8a(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 8a(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 9(2)

Artikolu 8a(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 10

Artikolu 9

Artikolu 11

Anness II

Anness I

Anness II

Anness III