15.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 347/8


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1204/2012

tal-14 ta’ Diċembru 2012

li japprova emendi fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Castelmagno (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u skont l-Artikolu 17(2) ta’ dan ir-Regolament, l-applikazzjoni tal-Italja biex jiġu approvati xi emendi fl-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni “Castelmagno” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni, ibbażata fuq l-Artikolu 7(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, ġiet innotifikata lill-Kummissjoni mil-Lussemburgu.

(3)

Fl-ittra tagħha tat-23 ta' Settembru 2010, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu l-konsultazzjonijiet xierqa. Ma ntlaħaq l-ebda ftehim bejn il-partijiet fil-perjodu ta’ sitt xhur wara dik id-data. Madankollu, il-Lussemburgu rtira l-oġġezzjoni tiegħu bl-ittra tat-2 ta’ Awwissu 2012,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippublikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-24 ta' Diċembru 2009 dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU C 320, 24.12.2009, p. 27.


ANNESS

Il-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

L-ITALJA

Castelmagno (DPO)