12.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 338/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1183/2012

tat-30 ta’ Novembru 2012

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-punti (a) u (e) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ monomeri, sustanzi u addittivi oħra ta’ bidu li jistgħu jintużaw għall-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik. Riċentament l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat evalwazzjonijiet xjentifiċi favorevoli għal sustanzi addizzjonali li issa għandhom jiżdiedu mal-lista attwali.

(2)

Għal ċerti sustanzi oħra, ir-restrizzjonijiet u/jew speċifikazzjonijiet li huma stabbiliti diġà fil-livell tal-UE għandhom jiġu emendati abbażi ta’ evalwazzjoni xjentifika favorevoli ġdida mill-Awtorità.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Is-sustanza bin-Numru tas-Sustanza 257 tal-Materjal li jiġi f’Kuntatt mal-Ikel u l-isem dipropileneglikol hija awtorizzata li tintuża bħala addittiv fil-plastiks fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u elenkata bin-Numru tal-CAS 0000110-98-5. Fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/72/KE tas-6 ta’ Awwissu 2002 dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti tal-ikel (3) kien hemm referenza għal din is-sustanza bin-Numru tal-CAS 0025265-71-8. Din ir-referenza tħassret hekk kif daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 li ssostitwixxa d-Direttiva 2002/72/KE, peress li tqieset superfluwa. Madankollu, meta wieħed iqis li n-Numru tal-CAS 0025265-71-8 jirreferi għat-taħlita użata kummerċjalment ta’ isomeri minflok għas-sustanza pura, dan għandu jiddaħħal mill-ġdid fir-Regolament (UE) Nru 10/2011. In-Numru tal-CAS 0000110-98-5 għandu jibqa’ fit-Tabella 1.

(5)

In-Nota ta’ Konformità Nru (4) fit-Tabella 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tagħmel referenza ambigwa għas-simulant D, fejn hija maħsuba li tirreferi għas-simulant D2. Għaldaqstant, in-Nota Nru (4) għandha tirreferi għas-simulant D2.

(6)

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Sabiex jiġi llimitat il-piż amministrattiv għall-operaturi tan-negozju, materjali u oġġetti tal-plastik li tqiegħdu b’mod legali fis-suq abbażi tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 10/2011 u li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu jistgħu jiġu importati u mqiegħda fis-suq sa sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Dawn għandhom ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li tqiegħdu fis-suq legalment qabel l-1 ta’ Jannar 2013 u li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq sal-1 ta’ Jannar 2014. Dawn il-materjali u l-oġġetti tal-plastik jistgħu jibqgħu fis-suq sakemm jispiċċaw l-istokkijiet.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)   ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonna (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

257

13550

0000110-98-5

dipropileneglikol

iva

iva

le

 

 

 

 

16660

0025265-71-8

51760

 

(2)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonna (8) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

449

49840

0002500-88-1

diottadeċil disulfid

iva

le

iva

0,05

 

 

 

(3)

Fit-Tabella 1 għas-sustanza li ġejja, il-kontenut tal-kolonni (8) u (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

180

17160

0000097-53-0

ewġenol

le

iva

le

 

(33)

 

 

(4)

Fit-Tabella 1 għas-sustanzi li ġejjin, il-kontenut tal-kolonna (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

807

93485

nitrid tat-titanju, nanopartikoli

iva

le

le

 

 

L-ebda migrazzjoni ta’ nanopartikoli ta’ nitrid tat-titanju

Għandha tintuża biss f’polietilentereftalat (PET) sa 20 mg/kg

Fil-PET, l-agglomerati għandhom dijametru ta’ 100 – 500 mm li jikkonsisti f’nanopartikoli primarji ta’ nitrid tat-titanju; il-partikoli primarji għandhom dijametru ta’ madwar 20 nm.

 

865

40619

0025322-99-0

(butil akrilat, metil metakrilat, butil metakrilat) kopolimeru

iva

le

le

 

 

Għandha tintuża biss:

(a)

f’poli(klorur tal-vinil) (PVC) riġidu f’livell massimu ta’ 1 % w/w;

(b)

f’aċidu polilattiku (PLA) f’livell massimu ta’ 5 % w/w.

 

868

53245

0009010-88-2

(etil akrilat, metil metakrilat) kopolimeru

iva

le

le

 

 

Għandha tintuża biss:

(a)

f’poli(klorur tal-vinil) (PVC) riġidu f’livell massimu ta’ 2 % w/w;

(b)

f’aċidu polilattiku (PLA) f’livell massimu ta’ 5 % w/w;

(c)

f’polietilentereftalat (PET) f’livell massimu ta’ 5 % w/w.

 

(5)

Fit-Tabella 1 il-linji li ġejjin huma mdaħħla f’ordni numerika tan-numri tas-Sustanza tal-Materjal li jiġi f’Kuntatt mal-Ikel:

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

858

38565

0090498-90-1

3,9-bis[2-(3-(3-tert-butil-4-idrossi-5-metilfenil)propjonilossi)-1,1-dimetiletil]-2,4,8,10-tetraossaspiro[5,5]undekan

iva

le

iva

0,05

 

Limitu ta’ migrazzjoni speċfika espress bħala t-total tas-sustanza u tal-prodott tal-ossidazzjoni 3-[(3-(3-tert-butil-4-idrossi-5-metilfenil)prop-2-enojlossi)-1,1-dimetiletil]-9-[(3-(3-tert-butil-4-idrossi-5-metilfenil)propjonilossi)-1,1-dimetiletil]-2,4,8,10-tetraossaspiro[5,5]-undekan tiegħu f’ekwilibriju mal-para kinon metid tawtomeru

(2)

874

16265

0156065-00-8

α-dimetil-3-(4’-idrossi-3’-metossifenil)propilsililossi, ω-3-dimetill-3-(4’-idrossi-3’-metossifenil)propilsilil polidimetilsilossan

le

iva

le

0,05

(33)

Għandha tintuża biss bħala komonomeru fil-polikarbonat modifikat tas-silossan

It-taħlita oligomerika għandha tkun ikkaratterizzata mill-formula

C24H38Si2O5(SiOC2H6)n (50 > n ≥ 26)

 

902

 

0000128-44-9

1,2-benżisotijażol-3(2H)-wieħed 1,1-diossidu, melħ tas-sodju

iva

le

le

 

 

Is-sustanza għandha tikkonforma mal-kriterji speċifiċi dwar il-purità kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (1)

 

979

79987

kopolimeru (polietilentereftalat, polibutadjen idrossilat, anidride piromellitiku)

iva

le

le

 

 

Għandha tintuża biss f’polietilentereftalat (PET) f’livell massimu ta’ 5 % w/w

 

(6)

fit-Tabella 2 il-linja li ġejja hija mdaħħla f’ordni numerika tan-numri tar-restrizzjoni tal-grupp:

(1)

(2)

(3)

(4)

Nru tar-restrizzjoni tal-grupp

Nru. tas-sustanza tal-materjal li jiġi f’kuntatt mal-ikel

Il-Limitu ta’ Migrazzjoni Speċifika (Totali) [mg/kg])

Speċifikazzjoni tar-restrizzjoni tal-grupp

33

180

874

ND

espress bħala ewġenol

(7)

Fit-Tabella 3 dwar il-verifika tal-konformità, il-kontenut tan-nota (4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

(2)

Nota Nru

Nota dwar il-verifika tal-konformità

(4)

L-ittestjar tal-konformità fejn ikun hemm kuntatt ta’ xaħam għandu jsir bl-użu ta’ simulanti li jassorbu ikel imxaħħam bħas-simulant D2.


(1)   ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.