7.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 335/42 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1156/2012
tas-6 ta’ Diċembru 2012
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tirrevoka d-Direttiva 77/799/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 20(1), 20(3) u 21(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/16/UE ssostitwixxiet id-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (2). Saru numru ta’ adattamenti importanti tar-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, b’mod partikolari fejn jidħol l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri bil-għan li titjieb l-effiċjenza u l-effikaċja ta’ skambju ta’ informazzjoni transkonfinali. |
(2) |
Sabiex l-iskambju ta’ informazzjoni jiġi ffaċilitat, id-Direttiva 2011/16/UE titlob li tali skambju jseħħ fuq il-bażi ta’ formoli standard. Għaldaqstant u bil-ħsieb li tkun żgurata l-adegwatezza tad-data skambjata u l-effiċjenza tal-iskambju innifsu, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati f’dan ir-rigward, għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni fuq talba, tal-iskambju spontanju ta’ informazzjoni, tan-notifiki u ta’ informazzjoni ta’ rispons. Il-formola li għandha tintuża għandha jkollha numru ta’ taqsimiet li huma diversifikati biżżejjed, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu faċilment jittrattaw il-każijiet rilevanti kollha, bl-użu tal-oqsma xierqa għal kull każ. |
(3) |
Skont id-Direttiva 2011/16/UE, l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata permezz tan-Network tal-Komunikazzjoni Komuni (CCN) safejn hu possibbli. Għall-każijiet l-oħra, l-arranġamenti prattiċi għall-komunikazzjoni għandhom ikunu speċifikati. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva għat-Tassazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Fir-rigward tal-formoli li għandhom jintużaw, “qasam” tfisser post f’forma fejn l-informazzjoni li trid tiġi skambjata skont id-Direttiva tal-Kunsill tista’ tiġi rreġistrata.
2. Il-formola li għandha tintuża għal talbiet għal informazzjoni u għal indaġnijiet amministrattivi skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom, rikonoxximenti, talbiet għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond, l-inabbiltà jew ir-rifjut skont l-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-formola li għandha tintuża għal informazzjoni spontanja u r-rikonoxximent tagħha skont l-Artikoli 9 u 10 rispettivament tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
4. Il-formola li għandha tintuża għal talbiet għal notifika amministrattiva skont l-Artikolu 13(1) u 13(2) tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom skont l-Artikolu 13(3) ta’ dik id-Direttiva għandhom ikunu konformi mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
5. Il-formola li għandha tintuża għal informazzjoni ta’ rispons skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/16/UE għandha tkun konformi mal-Anness IV għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
1. Ir-rapporti, dikjarazzjonijiet u dokumenti oħra msemmija fl-informazzjoni kkomunikata skont id-Direttiva 2011/16/UE, jistgħu jintbagħtu bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni għajr in-netwerk CCN
2. Fejn l-informazzjoni msemmija fid-Direttiva 2011/16/UE ma ġietx skambjata b’mezzi elettroniċi permezz tan-netwerk CCN, u sakemm mhux miftiehem mod ieħor bilateralment, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta’ ittra li tiddeskrivi l-informazzjoni kkomunikata u debitament iffirmat mill-awtorità kompetenti li tikkomunika l-informazzjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 09 Volum 01 p. 63).
ANNESS I
Formola msemmija fl-Artikolu 1(2)
Il-formola għal talbiet għal informazzjoni u għal indaġnijiet amministrattivi skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2011/16/UE u t-tweġibiet tagħhom, rikonoxximenti, talbiet għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond, l-inabbiltà jew ir-rifjut skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin (*);
— |
Bażi legali |
— |
Numru ta’ referenza |
— |
Data |
— |
L-identità tal-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti |
— |
L-identità tal-persuna taħt eżami jew investigazzjoni |
— |
Deskrizzjoni ġenerali tal-każ u, jekk xieraq, informazzjoni speċifika tal-isfond li x’aktarx tippermetti l-valutazzjoni tar-rilevanza prevedibbli tal-informazzjoni mitluba għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-liġijiet domestiċi tal-Istati Membri dwar taxxi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/16/UE |
— |
L-għan tat-taxxa li għalih tintalab l-informazzjoni |
— |
Il-perjodu taħt investigazzjoni |
— |
L-isem u l-indirizz ta’ kwalunkwe persuna maħsuba li tkun fil-pussess tal-informazzjoni mitluba |
— |
It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/16/UE |
— |
It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2011/16/UE |
— |
Talba raġunata għal indaġni amministrattiva speċifika u r-raġunijiet għar-rifjut li twettaq l-indaġni amministrattiva speċifika mitluba |
— |
Rikonoxximent tat-talba għal informazzjoni |
— |
Talba għall-informazzjoni addizzjonali tal-isfond |
— |
Raġunijiet għall-inabbiltà jew ir-rifjut biex tiġi pprovduta l-informazzjoni |
— |
Raġunijiet għal nuqqas ta’ tweġiba fil-limitu ta’ żmien rilevanti u d-data sa meta l-awtorità rikjesta tqis li tkun tista’ twieġeb. |
(*) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f’każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f’dak il-każ.
ANNESS II
Formola msemmija fl-Artikolu 1(3)
Il-formola biex informazzjoni spontanja u r-rikonoxximent tagħha skont l-Artikoli 9 u 10 rispettivament tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin (*);
— |
Bażi legali |
— |
Numru ta’ referenza |
— |
Data |
— |
L-identità tal-awtoritajiet li jibagħtu u li jirċievu |
— |
L-identità tal-persuna suġġetta għall-iskambju spontanju ta’ informazzjoni |
— |
Perjodu kopert mill-iskambju spontanju ta’ informazzjoni |
— |
It-twettiq tar-rekwiżit legali impost bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2011/16/UE |
— |
Rikonoxximent tal-informazzjoni spontanja |
(*) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f’każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f’dak il-każ.
ANNESS III
Formola msemmija fl-Artikolu 1(4)
Il-formola għal talba għal notifika skont l-Artikolu 13(1) u 13(2) tad-Direttiva 2011/16/UE u tat-tweġibiet tagħhom skont l-Artikolu 13(3) ta’ dik id-Direttiva fiha l-oqsma li ġejjin (*);
— |
Bażi legali |
— |
Numru ta’ referenza |
— |
Data |
— |
L-identità tal-awtoritajiet rikjedenti u rikjesti |
— |
Isem u indirizz tad-destinatarju tal-istrument jew deċiżjoni |
— |
Informazzjoni oħra li tista’ tiffaċilita l-identifikazzjoni tad-destinatarju |
— |
Is-suġġett tal-istrument jew deċiżjoni |
— |
Rispons tal-awtorità rikjesta, skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2011/16/UE, inkluż id-data tan-notifika tal-istrument jew id-deċiżjoni lid-destinatarju |
(*) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f’każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f’dak il-każ.
ANNESS IV
Formola msemmija fl-Artikolu 1(5)
Il-formola għal rispons skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2011/16/UE fiha l-oqsma li ġejjin (*):
— |
Numru ta’ referenza |
— |
Data |
— |
L-identità tal-awtorità kompetenti li toħroġ ir-rispons |
— |
Rispons ġenerali fuq l-informazzjoni pprovduta |
— |
Riżultati direttament relatati mal-informazzjoni pprovduta |
(*) Madankollu, l-oqsma biss li attwalment huma mimlija f’każ partikolari jeħtieġu li jidhru fil-formola użata f’dak il-każ.