|
30.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/9 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1117/2012
tad-29 ta’ Novembru 2012
li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012. |
|
(2) |
F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK tad-29 ta' Novembru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2), il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (IE) Nru 36/2012 għandha tiġi aġġornata kif adatt, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
N. SYLIKIOTIS
(2) Ara paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
I.
L-entrati għall-persuni fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jinsabu fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012 elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati segwenti.A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta’ elenkar |
|
1. |
Fares Chehabi (magħruf ukoll bħala Fares Shihabi; Fares Chihabi) |
Iben Ahmad Chehabi; Data tat-twelid: 7 ta' Mejju 1972 |
President tal-Kamra tal-Industrija ta' Aleppo. Viċi President ta' Cham Holding. Jipprovdi appoġġ ekonomiku lir-reġim Sirjan. |
2.9.2011 |
|
2. |
Nasser Al-Ali (magħruf ukoll bħala Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali) |
Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa (Direttorat għas-Sigurtà Politika) |
Bħala l-Kap tal-Fergħa Reġjonali ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika, responsabbli għad-detenzjoni u t-tortura tad-detenuti. Minn April 2012 huwa l-Kap tas-sit ta' Deraa tad-Direttorat għas-Sigurtà Politika (ex-kap tal-fergħa ta' Homs). |
23.1.2012 |
|
3. |
Sulieman Maarouf (magħruf ukoll bħala Suleiman Maarouf, Sulayman Mahmud Ma'ruf, Sleiman Maarouf, Mahmoud Soleiman Maarouf; Sulaiman Maarouf) |
Passaport: għandu passaport tar-Renju Unit |
Negozjant qrib tal-familja tal-President Al-Assad. Għandu ishma fl-istazzjon tat-televiżjoni elenkat Dounja TV. Qrib ta' Muhammad Nasif Khayrbik, li ġie nominat. Jappoġġa lir-reġim Sirjan. |
16.10.2012 |
|
4. |
Razan Othman |
Mart Rami Makhlouf, bint Walif Othman; Data tat-twelid: 31 ta' Jannar 1977; Post tat-twelid: gvernaturat ta' Latakia; Nru tal-ID: 06090034007 |
Hija għandha relazzjonijiet personali u finanzjarji mill-qrib ma' Rami Makhlouf, kuġin tal-president Bashar Al-Assad u finanzjatur prinċipali tar-reġim, li ġie nominat. Bħala tali, hija assoċjata mar-reġim Sirjan, u qed tibbenefika minnu. |
16.10.2012 |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta’ elenkar |
|
1. |
Centre d'études et de recherches syrien (CERS) (magħruf ukoll bħala; Centre d'Etude et de Recherche Scientifique (CERS); Scientific Studies and Research Center (SSRC); Centre de Recherche de Kaboun) |
Barzeh Street, P.O. Box 4470, Damasku |
Jagħti appoġġ lill-armata Sirjana għall-kisba ta' materjali li jservu direttament għas-sorveljanza u għar-repressjoni tad-dimostranti. |
1.12.2011 |
|
2. |
Megatrade |
Indirizz: Aleppo Street, P.O. Box 5966, Damasku, Sirja; Fax: 963114471081 |
Taġixxi f'isem iċ-Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifika (SSRC), li huwa elenkat. Involuta fil-kummerċ ta' prodotti b'użu doppju pprojbiti minn sanzjonijiet tal-UE għall-gvern Sirjan. |
16.10.2012 |
|
3. |
Expert Partners |
Indirizz: Rukn Addin, Saladin Street, Building 5, P.O. Box: 7006, Damasku, Sirja |
Taġixxi f'isem iċ-Ċentru tal-Istudji u r-Riċerka Xjentifika (SSRC), li huwa elenkat. Involuta fil-kummerċ ta' prodotti b'użu doppju pprojbiti minn sanzjonijiet tal-UE għall-gvern Sirjan. |
16.10.2012 |
II.
Il-persuna elenkata hawn taħt għandha titneħħa mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012.Il-Brigadier Ġeneral Nasr al-Ali